Il-Ministru Noel Farrugia jinawgura il-Green Week 1998
Il-progress li l-Gvern ídid irreíistra fis-settur tal-Biedja matul dawn l-aóóar xhur qed ikun suííett li jattira aktar investiment fil-gúejjer Maltin.
F' dan l-ambjent, is-soðjetà Maltija se tibbenefika minn úvilupp sostenibbli u xjentifiku fis-settur, li jrendi aójar æall-bdiewa u lill-konsumaturi.
Dan qalu l-Ministru tal-Biedja u Sajd, Noel Farrugia meta llum inawgura l-Green Week fin-Naxxar. Huwa qal li fil-mument, il-Gvern qed jissokta b'investiment f'numru ta' proíetti fis-settur, li b' kollox jiswew aktar minn 4 miljun lira Maltin. Fl-istess waqt, l-investiment tal-privat fid-diversi oqsma tal-biedja huwa kkalkolat li jlaóóaq madwar 10 miljun lira Maltin.
Dan l-investiment se jtejjeb u jæolli sostanzjalment il-livell u l-kwalità tal-Biedja f' pajjiúna. B' hekk il-Maltin u t-turisti se jkunu assigurati li jkomplu jsibu fis-suq prodotti íenwini, friski, naturali u tradizzjonali.
Il-Ministru kompla jæid li l-Gvern prezenti kien attent mill-bidu nett li joóloq óolqa ta' kuntatt bejn is-settur u ð-ðittadini kollha u kompla jæid li b' riúultat ta' dan, is-soðjetà Maltija llum qed tæoúú u tapprezza aójar il-valur tal-Biedja fil-gúejjer taæna.
Xhieda ta' dan, temm jæid il-Ministru, hija din il-fiera li fiha qed jipparteðipaw diversi ditti li æandhom konnessjoni diretta mas-settur tal-Biedja u li æaliha jattendu eluf kbar ta' ðittadini li æandhom æal qalbhom l-iúvilupp tal-Biedja f' pajjiúna.
Huwa appella li biex dan il-koordinament jibqà jirrendi, hemm búonn uríenti li l-Æaqdiet tal-Bdiewa, il-Koperattivi u d-Dipartiment ta' l-Agrikoltura, jikkordinaw b' akbar dedikazzjoni u effiðjenza l-istrutturi taæhom óalli jindirizzaw verament l-isfidi ta' úvilupp sostenibbli li hu meótieí uríentament fis-settur tal-biedja fil-pajjiz.
Stqarrijiet Oħra:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922