Xogholijiet estensivi fi Triq f'Marsalforn
Bhalissa ghaddejjin xoghlijiet estensivi fi Triq ix-Xaghra, biex tissewwa il-parti tat-triq min-naha tax-Xaghra, li kienet cediet lejn tmiem is-sena li ghaddiet. F'dawn ix-xoghlijiet qed tinghata attenzjoni partikolari ghall-pedamenti, minhabba l-art taflija li hemm fl-inhawi. Il-bini mill-gdid tat-triq jinvolvi ghalhekk pedamenti b'konkos rinfurzat u bini ta' hajt ta' appogg ghat-triq, biex ikun accertat li t-triq tkun zgura ghas-sewwieqa li jaghmlu uzu minnha.
Il-programm ta' xoghol qed isir minn kuntrattur privat. Fazijiet ohra tax-xoghol jinvolvu bazikament il-moghdija ta' servizzi u l-ghoti ta' tarmac. It-triq mistennija titlesta sal-bidu ta' l-istagun tas-sajf.
Ix-xoghlijiet qed isiru taht is-supervizjoni tal-Perit Oliver Debono, mid-Dipartiment tal-Bini u l-Inginerija tal-Ministeru tax-Xoghlijiet Pubblici, bil-kollaborazzjoni tas-Segretarjat Parlamentari ghal Ghawdex.
Other Press Releases:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922