Programmi bil-Malti jixxandru fuq Radju Awstraljan
Programmi bil-Malti ta' interess ghall-emigranti Maltin se jixxandru fl-Awstralja.
Ix-xandir ta' dawn il-programmi ghall-emigranti Maltin fl-Awstralja, sar possibbli wara z-zjara li ghamel fl-Awstralja t-Tabib Gorg Vella, Deputat Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.
Fil-fatt ir-Radju Voice of the Mediterranean (VOM), bl-ghajnuna tar-Radju Awstraljan - Special Broadcasting Services (SBS) - se jibda jxandar kull gimgha programmi bil-Malti ta' madwar ghoxrin minuta l-wiehed.
Dawn il-programmi, li se jittrattaw diversi suggetti ta' interess ghall-emigranti Maltin fl-Awstralja, se jtellghu mill-VOM u jixxandru fuq l-SBS kull nhar ta' Tlieta, ghall-habta ta' l-12.30 p.m. (hin Awstraljan). L-ewwel programm se jixxandar illum, it-Tlieta, l-14 t' April, 1998.
Other Press Releases:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922