Il-Ministru Alfred Portelli jiltaqa' ma' Sindki Francizi
Il-Ministru ghad-Djar u Kunsilli Lokali, is-Sur Alfred Portelli, illum kellem lil gemgha ta' 40 sindku Francizi li bhalissa jinsabu ghal btala f'Malta. Il-Ministru tkellem dwar is-sehem kbir li Franza storikament tat fil-holqien u l-izvilupp ta' gvernijiet lokali. Huwa qal li l-Gvern huwa kommess li jaghti aktar setghat lill-Kunsilli Lokali. Il-Ministru qal li bhalissa qeghdin jitfasslu mizuri li permezz taghhom il-Kunsilli Lokali tinghatalhom id-delega ta' l-infurzar ta' certi ligijiet u anke l-hrug ta' licenzji tal-pulizija.
Is-Sur Portelli qal li minkejja c-cokon tal-pajjiz, kull wiehed mis-67 Kunsilli li hawn f'Malta u f'Ghawdex ghandu popolazzjoni medja ta' 5,425 li jikkompara sew mal-medja ta' Franza li hija ta' 1,580 ruh kull Kunsill. Dawn il-figuri, qal il-Ministru, jridu jittiehdu fid-dawl tad-densita' tal-popolazzjoni, li f'Malta hija ta' 1,250 persuna kull kilometru kwadru, filwaqt li fi Franza din hija ta' 106 persuna kull kilometru kwadru. Meta wiehed iqis id-daqs medju ta' kull Kunsill fiz-zewg pajjizi, jsib li f'Malta dan huwa ta' 4.3 kilometru kwadru, filwaqt li fi Franza dan huwa ta' 15-il kilometru kwadru.
Il-Ministru kompla jghid li l-Ministeru tieghu qieghed jaghti importanza kbira lit-thejjija professjonali tal-Kunsillieri u prova ta' dan huwa kors intensiv ta' tmien gimghat li qieghed jigi organizzat f'Malta u f'Ghawdex. Huwa qal li dak f'Malta se jigi inawgurat ghada. Dak f'Ghawdex se jibda fil-jiem ta' wara. Dawn il-korsijiet qeghdin jigu organizzati mid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali flimkien mal-Ghaqda tal-Kunsilli Lokali.
Huwa izza hajr lill-Ghaqda tal-Kunsilli Lokali talli stidnitu jindirizza lis-Sindki Francizi li huwa xtaqilhom btala mill-isbah f'Malta.
Stqarrijiet Oħra:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922