Left arrow Mur Lura

Aktar titjib fl-Iskemi ta' l-Awtorita' tad-Djar

PR0646
Date Icon 13/04/1998

Bhala parti mill-process ta' titjib fl-iskemi ta' ghajnuna li toffri l-Awtorita' tad-Djar, b'effett immedjat ttiehdu passi biex il-beneficjarji jiffrankaw kemm zmien biex jinqdew kif ukoll hlasijiet professjonali. Gie deciz infatti li dawk li japplikaw biex jirrangaw r-residenza taghhom mhux se jigu obbligati izjed li jqabbdu perit privat biex jaghmlilhom rapport u stima tat-tiswijiet li jkunu jinhtiegu. Ir-rapport u l-istima se jibdew isiru mit-teknici ta' l-Awtorita' stess. Dan it-titjib jaghmel parti minn programm li tfassal fuq inizjattiva tal-Ministru ghad-Djar, is-Sur Alfred Portelli, biex l-iskemi jitjiebu u jsiru aktar semplici u accessibbli ghac-cittadini.

Minn dan it-titjib se jibbenefikaw dawk li japplikaw taht l-iskemi L, N u dik Numru Tlieta. L-iskema L hi dik li toffri ghajnuna biex jigu rrangati residenzi privati okkupati mill-inkwilini. Skema N toffri ghajnuna ta' rrangar u titjib fi djar privati okkupati jew se jigu okkupati mis-sidien. Skema numru 3 tipprovdi ghal ghajnuna lil dawk li joqghodu f'post tal-gvern izda li l-qliegh taghhom ma jaqbizx l-Lm2,600 fis-sena. Skema numru 3 giet introdotta dan l-ahhar u se tibda fis-sehh minn nhar it-Tnejn 20 ta' April 1998.

Is-sena l-ohra kien sar titjib fiz-zewg skemi N u L b'mod li bdew jinghataw flus biex jinbnew kmamar addizzjonali biex certi djar isiru adekwati ghall-okkupanti taghhom. Titjib iehor kien li bdiet tinghata ghajnuna ohra ta' flus biex titnehha l-umdita'.

It-tliet skemi imsemmija jipprovdu ghajnuna ta' flus biex isiru tiswijiet fi strutturi, bdil ta' stallazzjonijiet tad-dawl u l-ilma, stallazzjonijiet u rrangar ta' kmamar tal-banju, twahhil ta' madum, tiswijiet fis-sistema tad-drenagg, aperturi u anke water proofing ta' soqfa. Il-Ministeru ghad-Djar permezz tad-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar jaghmel tiswijiet fil-partijiet komuni ta' appartamenti tal-Gvern u anke xoghol fuq hsara strutturali fl-istess appartamenti.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow