Left arrow Mur Lura

Il-Ministru Alfred Portelli jiltaqa' mal-Kunsill Lokali ta' tas-Sliema

PR0633
Date Icon 09/04/1998

Il-Ministru ghad-Djar u Kunsilli Lokali, is-Sur Alfred Portelli, illum kellu laqgha mal-Kunsill Lokali ta' Tas-Sliema. Din kienet wahda minn sensiela ta' laqghat li l-Ministru qieghed jaghmel mad-diversi Kunsilli Lokali biex fihom jigu diskussi suggetti ta' interess ghalihom u biex fihom tigi mfissra lilhom il-politika tal-Gvern dwar il-Kunsilli Lokali.

Il-Ministru qal li huwa konxju tal-fatt li Tas-Sliema hija l-akbar belt kummercjali li hawn fil-pajjiz u hija lokalita' unika meta tqis li fiha hemm 850 bejn hwienet u centri kummercjali, 60 lukanda u 7,000 units residenzjali. Huwa kompla jghid li Tas-Sliema hija wkoll fost l-aktar bliet popolati fil-pajjiz, tant li ghandha 13,600 ruh jghixu f'zewg kilometri kwadri. Ma' dawn wiehed irid izid ukoll eluf ta' nies ohra li jmorru Tas-Sliema kuljum biex jahdmu fl-istabbilimenti u ufficini li hemm f'dan il-lokal u nies ohra li jzuru dan il-post fil-hin liberu taghhom.

Il-Ministru qal li minkejja dawn id-diffikultajiet kollha il-Kunsill ta' Tas-Sliema hadem u sab flus mhux biss biex jaghmel dak li hu obbligat jaghmel bhala Kunsill, imma wkoll ghamel xoghol iehor li ma jaqax fid-doveri stabbiliti tieghu. Huwa semma x-xiri ta' bini biex iservi ta' Centru tal-Gurnata ghall-Anzjani, twahhil ta' bankijiet godda fi Qui-Si-Sana, servizz ta' handyman ghall-anzjani li jghixu wahedhom, twassil b'xejn fid-djar ta' medicinali u materjal iehor sanitarju lil dawk li jghixu wahedhom u servizzi ohra.

Is-Sur Portelli qal li l-Gvern prezenti gdid huwa kommess li jestendi s-setghat tal-Kunsilli Lokali u dwar dan qeghdin isiru bosta laqghat biex dak li hemm ippjanat jitwettaq ma jdumx. Huwa semma li hemm il-hsieb li l-Kunsilli jinghataw ir-responsabbilta' ta' hrug ta' certi permessi li sal-lum jinsabu f'idejn il-Pulizija u anke qieghed jahseb biex ikun jista' jitwettaq il-programm tad-delega ta' l-infurzar ta' certi ligijiet, permezz ta' l-ingagg ta' gwardjani legali. "Dan kollu jrid jitwettaq fid-dawl tal-politika moderna u li thares fit-tul li qieghed ihaddan Gvern Laburista gdid", qal il-Ministru.

Huwa kompla jghid li f'laqghat bhal dawn, ma' Kunsilli Lokali, huwa jgorr mieghu wkoll id-dikasteru l-iehor li ghandu, li huwa dak bhala Ministru ghad-Djar. Huwa qal li Tas-Sliema ghandha l-problemi partikolari taghha tad-djar ghaliex f'dan il-lokal huma ftit id-djar li jitbattlu ghall-allokazzjoni. F'dan il-lokal id-Dipartiment ghall-Akkomodazzjoni Socjali ghandu quddiemu 175 applikazzjoni minn nies li jridu akkomodazzjoni alternattiva. Minkejja din l-iskarsezza kbira ta' stokk ta' djar, id-Dipartiment f'dawn l-ahhar 18-il xahar alloka disa' postijiet. Barra minn hekk l-Ufficcju Kongunt fl-istess perjodu pprocessa u hadem il-kuntratti ta' 28 minn 39 inkwilini f'Tas-Sliema li jridu jixtru darhom.

L-Awtorita' tad-Djar allokat ukoll 10 postijiet ohra lill-applikanti minn Tas- Sliema minn dawk li harget taht l-avvizi 60 u 61. Il-Ministru zied jghid li kien ta' pjacir ghalih li qieghed izur Tas-Sliema fi zmien meta l-Kumitat ta' Azzjoni ghat-Tisbieh ta' Tas-Sliema ghadu kif ipprezenta l-proposti tieghu ghal dan il-progett modern u ambizzjuz.

Mal-wasla tieghu fil-bini tal-Kunsill Lokali l-Ministru gie milqugh mis-Sindku, is-Sur Robert Arrigo, li ntroduca lit-tmien Kunsillieri li jaghmlu l-Kunsill ta' dan il-lokal. Prezenti kien hemm ukoll kapijiet ta' dipartimenti li jaqghu taht il-Ministeru, ufficjali tal-Ministeru u s-Segretarju tal-Kunsill Lokali ta' Tas- Sliema.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow