Kors ghall-haddiema tal-Ministeru tal-Biedja u Sajd dwar abbuz ta' droga u alkohol
Il-Ministeru tal-Biedja u Sajd flimkien ma' l-Agenzija Sedqa qed jorganizza kors ta' taghrif fuq l-abbuz minn sustanzi perikoluzi u alkohol imsejjah S.A.F.E. (Substance Abuse Free Employees Programme) ghall-impjegati kollha tieghu.
Dan bil-ghan li l-haddiema jiffamiljarizzaw ruhhom ma' din il-problema, il-konsegwenzi taghha u kif igibu ruhhom ma' min hu mirkub minn dawn il-vizzji.
L-abbuz minn drogi u alkohol hija pjaga serja hafna fis-socjetĂ moderna ta' pajjizna.
Is-soluzzjoni ma tinstabx billi wiehed jaghlaq ghajnejh u jippretendi li din il-problema ma tezistix jew li ma tista' qatt tolqot lilu. Dan jista' jsehh mhux biss billi l-problema tmiss lill-individwu personalment, izda jista' jigri li din tmiss lill-familjari tieghu jew kollegi tax-xoghol.
F'intervent fi tmiem l-ewwel kors ta' sensiela ta' laqghat il-Ministru tal-Biedja u Sajd Noel Farrugia tkellem dwar l-importanza li l-haddiema jkunu aktar sensittivi ghall-problemi tad-droga u l-alkohol.
B'dan l-impenn, temm jghid il-Ministru, il-haddiema flimkien ma' l-ghaqdiet volontarji u l-Gvern ikunu qed jeghlbu l-intolleranza u n-nuqqas ta' taghrif li jezisti fost is-socjetĂ Maltija f'dan ir-rigward.
Other Press Releases:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922