Il-Ministru John Attard Montalto izur fabbrika ta' l-ghamara f'Ghawdex
Il-Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomici u ta' l-Industrija, Dr. John Attard Montalto dalghodu zar il-fabbrika ta' l-ghamara FXB li tinsab fil-qasam industrijali tax-Xewkija, Ghawdex.
Is-Sur Joseph Borg, Managing Director, tal-kumpanija qal li kien fl-1970 li minn hanut tax-xoghol ta' mastrudaxxa kien ittiehet il-pass deciziv li l-azjenda torganizza ruhha fuq livell industrijali.
Is-snin tat-tmeninijiet raw il-kumpanija tikkonsolida l-operazzjonijiet taghha u tistabilixxi ruhha bhala wahda mill-kumpaniji ewlenin fis-settur ta' l-ghamara fil-pajjiz. Fl-1990 FXB bniet fabbrika gdida fil-qasam industrijali tax-Xewkija u fil-frattemp hadet fabbrika ohra f'San Gwann, f'Malta. Ricentament, F.X. Borg Furniture Ltd. hadet fabbrika ohra ta` 7,000 metri kwadri f' Hal Far. F'din il-facilita` se jigi ccentralizzat il-bicca l-kbira tax-xoghol li qabel kien koncentrat f'lokalitajiet differenti. L-FXB Group of Companies jikkonsisti minn ghaxar kumpaniji sussidjarji u bhalissa jimpjega 220 ruh. Eventwalment, skond il-miri tal-kumpaniji, se jkun hemm zieda ta' impjiegi fl-impjant ta'Hal-Far.
Is-Sur Borg spjega li l-grupp FXB ghamel investimenti kbar f'teknologija avvanzata, tejjeb il-processi ta' produzzjoni u l-efficjenza, filwaqt li ricentement nifed niche market gdid fir-Renju Unit bl-esportazzjoni ta' ghamara Tudor f'oak solidu. Din mhux l-ewwel darba li FXB esportaw lejn ir-Renju Unit, ghalkemm esportaw lejn dan is-suq linji differenti ta' ghamara.
Il-Ministru Attard Montalto, filwaqt li fahhar l-isforzi ta' FXB fil-qasam ta' l-esportazzjoni qal li minkejja l-kompetizzjoni FXB uriet li kapaci tikkompeti b'mudelli ta' kwalita` fis-suq Ingliz. Il-kumpanija rnexxielha tistabilixxi nicca ta' suq li wiehed jista' jippenetra biss jekk ikun flessibli u innovattiv. F.X. Borg Furniture Ltd. zammet isem gholi ghal prodott Malti, fis-suq ta' l-esportazzjoni, fejn tispikka l-aktar is-sengha tal-haddiema taghha f'dik li hi skultura fuq l-ghamara maghmula bl-idejn.
Il-Ministru Attard Montalto spjega li matul l-1997 kien hemm titjieb sostanzjali fuq is-snin ta' qabel f'dik li hi esportazzjoni ta' ghamara. Zied jghid li dan jawgura tajjeb ghalkemm ghad irid jintwera aktar titjib. F'suq miftuh l-intraprizi jkollhom jikkompetu b'mod aktar effettiv. Ghalhekk jehtigilhom jaddottaw sistemi ta' management, produzzjoni, kwalita` u teknologija li jaghmluhom aktar kompetittivi u efficjenti. Hu awgura li aktar kumpaniji jsegwu l-ezempju ta' F.X. Borg Furniture Ltd.
"Minn family concern go Ghawdex din l-azjenda firxet l-operazzjonjiet taghha f'Malta u sahansita rnexxielha tesporta. Ghamlet dan bil-hila u l-ghaqal taghha u bi spirtu qawwi ta' imprenditorija li llum qed ihalli l-frott mixtieq, kif juru r-rizultati miksuba", temm jghid il-Ministru.Other Press Releases:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922