Left arrow Go Back

L-Anzjani u l-Kura Residenzjali - id-dimensjoni umana

PR0619
Date Icon 07/04/1998

Is-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex, l-Onor Anton Refalo, qal li dawk li jahdmu ma' l-anzjani jehtieg li jkollhom gharfien shih ta' konsiderazzjonijiet etici, tal-bzonnijiet psikologici u spiritwali ta' l-anzjan u ta' komunikazzjoni tajba li trid tezisti bejnhom u min qed jircievi l-kura. Dr Refalo qal li s-servizzi li jinghataw lill-anzjani fi djar residenzjali ghandu jkollhom sensittivita' partikolari ghall-aspett uman tax-xjuhija.

L-Onor Anton Refalo kien qed ikellem lill-grupp ta' partecipanti li temmew b'success kors bit-tema 'Il-Hidma ma' Persuni Anzjani fi Djar Residenzjali', li gie organizzat f'Ghawdex mis-Social Welfare Development Programme (SWDP). Il-kors ta' 14-il siegha sar fic-Centru ta' Ghawdex ta' l-Universita' bil-ghan li persuni li jahdmu ma' anzjani fi djar residenzjali jkunu mharrga ahjar u jkunu iktar konxji tal-bzonnijiet ta' l-anzjani.

Is-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex qal li l-implikazzjonijiet ta' socjeta' li qed tikber fl-eta' mhumiex biss demografici, imma wkoll socjali u ekonomici ghaliex is-socjeta' trid tahseb ghal servizzi u infrastruttura biex tadatta ruhha ghall-bzonnijiet tal-membri taghha.

Dr Refalo qal li filwaqt li tradizzjonalment ix-xjuhija hija ttrattata mill-aspett biologiku taghha, illum hemm diversi konsiderazzjonijiet ohra li jimplika dan is-suggett, fosthom dawk etici u umani. Huwa qal li r-rizorsi umani huma importanti hafna anke f'dan il-qasam u esprima sodisfazzjon ghall-organizzazzjoni ta' kors simili mill-SWDP bil-ghan li dawk li jahdmu ma' l-anzjani jkunu mharrga b'mod iktar professjonali.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow