Left arrow Go Back

Stqarrija mill-Ministeru tal-Finanzi u Kummerc dwar id-dhul tal-Gvern mis-CET

PR0615
Date Icon 07/04/1998

Id-dóul tal-Gvern mis-CET fil-Fond Konsolidat matul l-ewwel tliet xhur tas-sena 1998 hu Lm2.5 miljuni aktar mid-dóul mill-VAT matul l-istess perjodu s-sena l-oóra, kif fil-fatt tóabbar mill-Ministru tal-Finanzi u Kummerð f'kumment li æamel lill-gazzetta "Kull Hadd" nhar il-Óadd, il-5 t'April, 1998. L-Oppozizzjoni mhux qed tkun politikament onesta ghaliex meta trid tikkwota l-figuri netti, u meta trid tikkwota l-figuri tal-Fond Konsolidat.

Dan in-nuqqas ta' onestà politika jkompli joóroí mill-fatt li l-Oppoúizzjoni ma kkummentaw xejn dwar id-dóul tal-VAT mill-EneMalta u t-TeleMalta (illum il-Maltacom) li qabel kien jidher bóala dóul mill-VAT u llum mhux inkluú mad-dóul mis-CET. Kif iddikjara l-Ministru tal-Finanzi u Kummerð fil-kumment li æamel lill-gazzetta "Kull Hadd", fl-1996, l-aóóar sena sóióa tal-VAT, id-dóul tal-VAT mill-EneMalta u t-TeleMalta kien ta' Lm8.75 miljuni jew aktar minn 10% tad-dóul kollu mill-VAT matul dik is-sena. Mill-banda l-oóra, fl-ewwel sitt xhur ta' l-1997 biss, id-dóul tal-VAT mill-EneMalta u t-TeleMalta kien ta' Lm2.87 miljun. Jekk ix-Shadow Minister Josef Bonniði jrid ikun onest politikament, æall-anqas æandu jirrikonoxxi l-fatt li, meta jqabbel id-dóul mis-CET mad-dóul mill-VAT, dawn l-ammonti æandu jneóóihom mid-dóul tal-VAT, æax dan id-dóul mhux qed jidher iújed taót is-CET, æalkemm il-Gvern qed jiíbru taót taxxa oóra.

Ix-Shadow Minister Josef Bonniði lanqas m'æamel referenza æall-fatt li bóalissa l-Gvern qed jispiðða joóroí flus mill-VAT aktar milli jdaóóal. Matul it-tliet xhur li æaddew biss, il-Gvern óareí kwaúi Lm2 miljuni aktar milli daóóal bóala VAT. Dan il-óruí ta' flus tal-Gvern mill-VAT ma kienx inkluú fið-ðifri tad-dóul mill-VAT tas-sena l-oóra u, æaldaqstant, wieóed irid isemmihom jekk wieóed irid ikun onest politikament, æax fl-aóóar mill-aóóar dawn il-flus jridu joóoríu mill-Fond Konsolidat.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow