Left arrow Go Back

Ftehim dwar is-sahha bejn il-Gvern Malti u l-Gvern Ciniz

PR0608
Date Icon 04/04/1998

Il-bierah, 3 ta' April 1998, gew iffirmati zewg ftehim fil-qasam tas-sahha bejn il-Gvern ta' Malta u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu tac-Cina.

Ghall-Gvern Malti ffirma l-Ministru ghas-Sahha, Kura ghall-Anzjani u Affarijiet tal-Familja, Dr Michael Farrugia u ghall-Gvern Ciniz iffirma l-Vici Ministru ghas-Sahha Sun Longchun.

F'kelmtejn lill-gurnalisti, il-Ministru Michael Farrugia qal li saru zewg ftehim: dak ta' kollaborazzjoni dwar sahha generali; kif ukoll iggedded il-ftehim bejn iz-zewg pajjizi dwar ic-Centru Regjonali Mediterranju tal-Kura Tradizzjonali Ciniza.

Huwa qal li l-Partit Laburista qabel l-elezzjoni kien jghid li s-servizzi tas-sahha li joffri l-Gvern jridu jkun l-aqwa fil-pajjiz. Il-Ministru sostna li huwa fiducjuz li dawn il-ftehim huma holqa ohra minn din il-weghda.

Il-Ministru Farrugia sahaq li dawn il-ftehim juru kollaborazzjoni u fiducja minn pajjiz barrani habib lejn Malta u lejn ic-cittadini Maltin. Huwa qal li z-zewg pajjizi jaqblu li l-ftehim ghandu jigi mplimentat minnufih. Barra minnhekk ser ikomplu wkoll tahdidiet biex din il-kollaborazzjoni tissahhah u tkompli tizviluppa.

Permezz tal-ftehim milhuq, ser ikun possibbli li jkun hemm skampju ta' esperti fil-qasam tal-medicina bejn il-pajjizi koncernati. B'hekk tissahhah il-koperazzjoni u jkun hemm bdil ta' informazzjoni u ta' ricerka. Fil-qasam internazzjonali, iz-zewg pajjizi jfittxu li jikkoperaw ghall-gid tac-cittadini taz-zewg pajjizi. Dan hu rifless l-aktar waqt il-laqgha annwali tal-Ghaqda Dinjija tas-Sahha (WHO).

Il-Ministru Michael Farrugia habbar li waqt li d-delegazzjoni kienet qieghda Ghawdex giet ikkunsidrata l-possibilta' li jinfetah Centru Ghall-Kura Tradizzjonali Ciniza fil-gzira t'Ghawdex, sabiex l-Ghawdxin ikunu jistghu jinqdew aktar bil-kumditĂ .

Huwa qal ukoll li l-Gvern huwa sensittiv ghat-talba tac-cittadini Maltin u Ghawdxin u qieghed jaghti cans ghall-kura medika alternattiva li hija rikonoxxuta fid-dinja medika.

Ir-responsabbiltĂ  tat-tmexxija tac-Centru Regjonali ghall-Kura Tradizzjonali Ciniza, li jinsab f'Kordin, hija maqsum bejn il-Gvern Malti u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu tac-Cina.

Il-Ministru Michael Farrugia sahaq fuq il-htiega tal-koperazzjoni ma' pajjizi ohra fil-qasam tas-sahha. Din ghandha tibqa' ghaddejja b'ritmu tajjeb ghall-gid tal-pazjenti Maltin.

Minn naha tieghu, il-Vici Ministru Ciniz Sun Longchun qal li dan il-ftehim juri koperazzjoni u hbiberijia bejn Malta u c-Cina, u qal ukoll li ghandu jigi mplimentat dak li gie ffirmat. B'hekk huwa qal li tibqa' tintwera l-fiducja u tikber il-hbiberija bejn iz-zewg popli.

Sun Longchun qal ukoll li jirringrazzja lill-Gvern Malti ghas-support u l-ghajnuna li dejjem kien hemm minn Malta f'tahdidiet mal-Ghaqda Dinjija tas-Sahha. Dan is-support huwa reciproku.

Il-Vici Ministru Sun Longchun irringrazzja lill-Gvern Malti, lill-Ministru Michael Farrugia, lill-ufficjali kif ukoll lill-poplu Malti tal-laqgha li d-delegazzjoni Ciniza kellhom hawn Malta.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow