Left arrow Go Back

Il-Ministeru ghad-Djar u Kunsilli Lokali jwiegeb lill-President ta' l-Assocjazzjoni tal-Kunsilli Lokali

PR0604
Date Icon 03/04/1998

Fl-ittra tieghu tat-2 ta' April 1998, il-President ta' l-Assocjazzjoni tal-Kunsilli Lokali irrefera ghac-cirkulari "Memo 30/1998" mahruga mid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali, fis-16 ta' Marzu 1998 u li kienet intbaghtet lis-Sindki u s-Segretarji tal-Kunsilli.

Fil-qosor, permezz ta' din ic-Cirkulari, il-Kunsilli gew imfakkra bil-provvedimenti tal-ligi li ma jhallux lill-Kunsilli milli jfasslu budgets li jkunu jipprovdu deficit. Barra minn hekk ic-cirkulari fakkret lill-Kunsillieri u lis-Segretarji tal-Kunsilli dwar id-dmir li ghandhom li jimxu strettament mal-provvedimenti tal-ligi meta jigu biex japprovaw progetti li l-valur taghhom jkun jaqbez il-voti allokati ghal xoghlijiet bhal dawn u dan fid-dawl tal-budget li jkun approvat mill-Kunsilli qabel ma tibda s-sena finanzjarja.

L-Artiklu 61 ta' l-Att tal-1993 dwar Kunsilli Lokali, li ghalih saret riferenza fic-cirkulari, jistipula l-procedura li l-Kunsilli ghandhom jaddottaw fl-eventwalitĂ  li jkunu jridu jitolbu l-awtorizzazzjoni tal-Ministeru qabel ma japprovaw dak ix-xoghol li jkun se jigi jiswa aktar minn dak li jipprovdi l-budget rispettiv taghhom.

Fl-ittra tieghu, il-President tal-Kunsilli Lokali rrefera wkoll ghac-Charter Ewropew dwar il-Gvernijiet Lokali. L-artiklu specifiku ta' din ic-Charter jghid precizament dan li gej:

"Il-Gvernijiet lokali ghandhom ikunu ntitolati u dan fid-dawl tal-politika ekonomika nazzjonali, ghall-fondi adekwati, li huma ghandhom ikunu hielsa li juzaw fil-limitu tas-setghat taghhom.

Il-kliem "u dan fid-dawl tal-politika eknomika nazzjonali" huma accentwati ghaliex johrog car anke mic-Charter illi l-politika ekonomika nazzjonali hija element importanti fl-iffinanzjar tal-Kunsilli Lokali u dan b'mod specjali japplika ghal Malta, peress li l-flus ghall-operat tal-Kunsilli johorgu kollha mill-fondi tal-Gvern Centrali.

Inghad kemm-il darba li l-Kunsilli Lokali huma estensjoni tal-Gvern Nazzjonali u anke kumplimentari ghalih u bhala tali ghandhom jiffunzjonaw fil-limiti tal-finanzi nazzjonali. Minkejja dan izda, il-Gvern Centrali wieghed li se jkompli jappoggja lill-Kunsilli Lokali kemm direttament, permezz ta' haddiema mhallsa minnu, u anke permezz ta' modi ohra ta' intervent.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow