Il-Ministru Alfred Portelli jirringrazzja lil Kunsilliera li temmew il-hatra taghhom
Il-Ministru ghad-Djar u Kunsilli Lokali, is-Sur Alfred Portelli, llum izza hajr lil dawk il-Kunsillieri li temmew il-hatra taghhom wara erba' snin, ghall-hidma li wettqu favur il-lokalitajiet taghhom. Huwa qal li x-xoghol ta' Kunsillier huwa wiehed volontarju u ghalhekk ghandu jigi apprezzat aktar mic-cittadini.
Fil-31 ta' Marzu 1998 temmew il-hatra taghhom 140 Kunsillieri li kienu gew eletti fl-1994 biex iservu fi 22 lokalita'. F'dawn l-istess lokalitajiet fl-14 ta' Marzu saru elezzjonijiet biex jinhatru Kunsilli Lokali godda. Fost il-Kunsillieri li temmew il-hatra taghhom kien hemm 22 Sindku u 10 Vici Sindki li kienu ntghazlu minn shabhom il-Kunsillieri.
Il-Ministru qal li hajr u apprezzament specjali jmur ghal dawk is-Sindki, Vici Sindki u Kunsillieri li l-aktar li hadmu fil-lokalitajiet taghhom. Huwa appella lill-Kunsillieri li ghadhom kif inhatru biex jimxu fuq l-ezempju ta' dawk li hadmu l-aktar u ghamlu aktar milli kien mistenni minnhom. "Hidma bhal din gabet maghha titjib sostanzjali kemm fid-dehriet tal-lokalitajiet u anke fis-servizzi li taw lic-cittadini", qal il-Ministru
Other Press Releases:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922