Jissoktaw it-tahdidiet bilaterali bejn il-Ministri tas-Sahha ta' Malta u c-Cina
Il-bierah kompliet iz-zjara f'Malta tal-Vici Ministru tas-Sahha Ciniz Sun Longchun. Il-Ministru ghas-Sahha, Kura ghall-Anzjani u Affarijiet tal-Familja, Dr Michael Farrugia u l-Vici Ministru Sun Longchun iddiskutew oqsma diversi tas-sahha u partikolarment dawk dwar il-medicina tradizzjonali Ciniza, kif ukoll dwar il-programmi tal-vaccinazzjoni fiz-zewg pajjizi.
Fi tmiem il-laqgha intlahaq ftehim dwar ic-Centru Regjonali Mediterranju tal-Medicina Tradizzjonali Ciniza, kif ukoll dwar ftehim bilaterali dwar is-sahha u l-medicina. Dawn iz-zewgt ftehim ser jigu ffirmati minn Dr Michael Farrugia u mill-E.T. Sun Longchun nhar il-Gimgha filghodu.
Parti minn dan il-ftehim ser joffri lic-cittadini Maltin u Ghawdxin medicina alternattiva taht supervizzjoni medika u li hija rikonoxxuta mill-kamp mediku.
Wara li ntemmu t-tahdidiet bilaterali, il-Vici Ministru Ciniz kellu laqgha kordjali mal-President ta' Malta, fil-Palazz il-Belt. Tul din il-laqgha iz-zewg nahat tkellmu dwar diversi frieghi tas-sahha u partikolarment dwar problemi relatati ma' l-abbuz tad-drogi u t-tixrid tal-marda tal-AIDS.
Id-delegazzjoni zaret ukoll il-Wirja tal-Patrimonju Malti u kienet impressjonata bil-livell gholi tal-wirja u bl-esebiti rikki li hemm. L-istess kummenti saru meta d-delegazzjoni zaret diversi swali fil-Palazz, kif ukoll il-Kon-Katidral ta' San Gwann.
Wara nofs inhar il-Ministru Michael Farrugia, flimkien mas-Segretarju Parlamentari Louis Buhagiar, dawwru l-Vici Ministru Sun Longchun mad-Dar ta' l-Anzjani ta' l-Imtarfa. Huma spjegaw il-politika tal-Gvern prezenti dwar l-anzjani u partikolarment dwar il-kuncett ta' djar residenzjali li fihom jkun hemm kemm anzjani dipendenti, kif ukoll dawk indipendenti. Il-kuncett tad-Day Centres gie spjegat lill-Vici Ministru Ciniz .
Id-delegazzjoni Ciniza zaret ukoll l-Imdina u kienet impressjonata bil-bini u l-veduti sbieh li toffri din il-Belt qadima.
Id-delegazzjoni, akkumpanjata mill-Ministru Michael Farrugia, tkompli z-zjara taghha llum, fejn fost ohrajn, ser izzur il-progett ta' l-isptar il-gdid f'Tal-Qroqq. Wara huma mistennija jmorru wkoll fic-Centru Regjonali tal-Medicina Ciniza f'Kordin.
Other Press Releases:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922