Left arrow Mur Lura

Iffirmat ftehim bejn Malta u r-Russja

PR0582
Date Icon 01/04/1998

Nhar il-Gimgha, 27 ta' Marzu 1998, gie iffirmat Memorandum of Understanding dwar Specialised Tourist Exchanges bejn il-Federazzjoni Russa u Malta. Ghal Gvern Malti iffirma l-Ministru tat-Turizmu u s-Self-Employed, il-Perit Karmenu Vella waqt li ghan-naha Russa iffirmat Valentina Tereshkova, l-Kap tar-Russian Centre for International Scientific and Culture Co-Operation.

L-ghan ta' dan il-ftehim huwa biex ic-Centru Russu f'Moska jhajjar skambi turistici fl-oqsma kulturali, xjentifici, edukattivi u professjonali kif ukoll minn organizzazzjonijiet mhux governattivi tal-Federazzjoni Russa.

Sar ftehim ukoll sabiex ic-Centru Russu f' Moska jipprovdi ufficcju fl-istess Centru f'Moska, filwaqt li l-Ministeru tat-Turizmu se jipprovdi ufficjal li flimkien mal-Marketing Director li se jkollha l-NTOM, se jkun jista' jhajjar u jorganizza vjaggi turistici u tours specjalizzati lejn Malta minn dawn l-ghaqdiet.

In-naha Russa se tghin ukoll billi tipprovdi taghrif u kuntatti siewja kemm ma organizzazzjonijiet governattivi kif ukoll ma entitajiet ohra filwaqt li l-Ministeru tat-Turizmu se jassisti fl-istampar ta' pamphlets, brochures u materjal publicitarju iehor intiz biex ihajjar skambji turistici mal-Federazzjoni Russa.

Saret ukoll Konferenza Stampa li ghaliha attendew ghadd gmielu ta' reporters ta' gazzetti Russi l-aktar dawk li jispecjalizzaw fit-turizmu. Dehret cara l-herqa li hemm f'Moska biex isiru jafu aktar dwar Malta.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow