Zjara ta' kortesija mill-Ambaxxatur Ciniz lill-Ministru Michael Farrugia
L-E.T. l-Ambaxxatur Ciniz Zu Quinshun ghamel zjara ta' kortesija lill-Ministru ghas-Sahha, Kura ghall-Anzjani u Affarijiet tal-Familja, Dr. Michael Farrugia.
Waqt din il-laqgha, giet diskussa z-zjara li se jaghmel il-Vici Ministru ghas-Sahha Ciniz, Sun Longshun u d-delegazzjoni tieghu bejn il-31 ta' Marzu u l-4 ta' April, 1998.
Din iz-zjara se tkun wahda importanti hafna ghall-ftehim bilaterali fil-qasam tas-sahha bejn iz-zewg pajjizi.
Huma ddiskutew fit-tul il-medicina tradizzjonali Ciniza u z-zewg partijiet qablu li din ghandha sehem importanti hafna fil-qasam tas-sahha. Huma wkoll iddiskutew il-hsieb li jsiru korsijiet bl-ghajnuna ta' esperti Cinizi, sabiex il-medicina tradizzjonali Ciniza tigi studjata wkoll hawn Malta, anke f'livell universitarju, kemm ghall-Maltin kif ukoll ghall-barranin interessati f'dan it-tip ta' kura.
Il-Ministru Michael Farrugia kif ukoll l-Ambaxxatur Ciniz qalu li huma jinsabu kuntenti hafna bil-koperazjoni li tezisti bejn Malta u c-Cina.
Stqarrijiet Oħra:
PR261919
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Se jitfassal do...
PR261918