Il-Ministru George Vella f'sensiela ta' laqghat f'Londra
Id-Deputat Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent, it-Tabib George W. Vella, il-bierah kellu sensiela ta' laqghat f'Londra.
Mal-wasla tieghu Londra, it-Tabib Vella u d-delegazzjoni tieghu marru Buckingham Palace, fejn il-Ministru kien il-Mistieden ta' l-Unur tad-Duka ta' York, li ta ikla f'giehu.
Matul l-ikla l-Ministru u d-Duka ddiskutew ir-relazzjonijiet bejn Malta u l-Ingilterra, il-politika internazzjonali ta' Malta u anke z-zjara li d-Duka mistenni jaghmel f'Malta fil-harifa li gejja.
It-tieni laqgha li l-Ministru Vella kellu kienet fil-Foreign Office Ingliz, fejn l-ewwel kellu laqgha ma' Perry Jones, Direttur ghall-Affarijiet Ewropej u wara ltaqa' mal-Ministru Robin Cook.
Il-laqgha ma' Robin Cook kienet wahda kordjali hafna, u fiha gew diskussi r-relazzjonijiet bejn iz-zewg pajjizi, il-process ta' tqarrib ma' Malta lejn l-Unjoni Ewropea, permezz ta' holqien ta' zona ta' kummerc hieles, u kooperazzjoni f'oqsma differenti. Gie diskuss ukoll il-Kunsill ta' Assocjazzjoni li se jsir fil-Lussemburgu taht il-Presidenza Ingliza.
Matul din il-laqgha, li fiha l-Ministru Ingliz wieghed l-appogg tal-Gvern tieghu ghall-politika ta' Malta, gew diskussi wkoll il-politika Mediterranja, kif ukoll il-process Ewro-Mediterranju.
Aktar tard il-Ministru Vella kellu laqgha ohra fil-bini tal-Parlament Ingliz mad-Deputat Prim Ministru u Ministru tat-Trasport u Ambjent Ingliz, John Prescott.
Mad-Deputat Prim Ministru Ingliz, it-Tabib Vella ddiskuta aspetti ohra ta' relazzjonijiet bejn il-Gvern Malti u dak Ingliz, kooperazzjoni fl-oqsma ta' l-Ambjent, kif ukoll ir-relazzjonijiet futuri ta' Malta ma' l-Unjoni Ewropea.
Id-delegazzjoni Maltija kellha laqgha ohra mad-Direttur Generali tan-National Trust Ingliz, li matulha gew diskussi kif tahdem u kif topera din it-Trust fl-Ingilterra.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN