Left arrow Go Back

Il-Prim Ministru jinawgura l-Ewwel Fiera tal-Ktieb f'Ghawdex

PR0544
Date Icon 26/03/1998

Il-Prim Ministru Dr. Alfred Sant illum inawgura l-Ewwel Fiera tal-Ktieb f'Ghawdex fil-Kumpless Sportiv fil-belt Victoria. F'din il-Fiera qeghdin jiehdu sehem ghadd kbir ta' Djar tal-Pubblikazzjoni Maltin li qeghdin jesebixxu l-aktar kotba recenti ippubblikati minnhom, jew qeghdin iniedu kotba godda propju waqt din il-Fiera li se tibqa' miftuha sa nhar il-Hadd.

Il-Prim Ministru qal li din il-Fiera tal-Ktieb ghandha bosta vantaggi ghall-Ghawdxin. L-ewwelnett, qal Dr. Sant, huwa sewwa u xieraq li c-cittadini Ghawdxin isiru midhla ta' l-izviluppi kollha li jsiru f'dan il-qasam, bl-istess mod tac-cittadini li jghixu fil-gzira ta' Malta. Fiera bhal din hija mezz siewi biex l-Ghawdxin isiru jafu bil-kotba godda li jkunu hergin, sewwasew bis-sehem ta' Djar tal-Kotba li qeghdin jesebixxu l-kotba fil-gzira Ghawdxija ghall-ewwel darba, qal il-Prim Ministru.

Il-Prim Ministru qal li l-esebituri prezenti ghall-Fiera ta' Ghawdex huma fost l-ewlenin nett fil-qasam tal-kotba u ta' l-istampar f'Malta u f'Ghawdex. Ghaldaqstant l-Ghawdxin ghandhom jaghmlu uzu minn din l-opportunita` biex isiru jafu aktar dwar il-firxa wiesgha ta' kotba li gew ippubblikati dan l-ahhar. Il-Prim Ministru stieden lill-Ghawdxin biex izuru l-Fiera tal-Ktieb u jaraw il-kotba esposti fiha. Dr. Sant radd hajr lill-Organizzaturi tal-Fiera, l-aktar lill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u l-Kultura Nazzjonali li bis-sahha taghhom qieghda ssir din il-Fiera. Din hija l-ewwel darba li d-Dipartiment tal-Bibljoteki u l-Arkivji tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u l-Kultura Nazzjonali qed jorganizza Fiera tal-Ktieb f'Ghawdex. Il-hsieb huwa li din il-hidma tibda ssir regolarment kull sentejn.

Sbatax-il esebitur qeghdin juru l-kotba taghhom fil-Fiera. Qed tittella' wkoll wirja ta' 101 sena ta' kotba ghat-tfal. Il-Fiera hija miftuha matul dawn il-hinijiet :

Il-Gimgha 27 ta' Marzu: 8.00 am - 2.00 pm; 4.00pm - 9.00 pm.
Is-Sibt 28 ta' Marzu: 9.00 am - 1.00 pm; 4.00pm - 9.00 pm
Il-Hadd 29 ta' Marzu: 9.00 am - 1.00 pm; 4.00pm - 9.00 pm

Id-dhul ghall-Fiera huwa bla hlas.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow