L-Ambaxxatur il-gdid tal-Kolombja jiltaqa' mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin u l-Ambjent
(N.B.: Din il-Press Release tissostitwixxi il-Press Release Numru 517 datata 24.3.98)
L-E.T. is-Sur Alberto Zalamea, jinsab Malta biex jipprezenta l-kredenzjali tieghu bhala Ambaxxatur tal-Kolombja ghal Malta.
Il-bierah, is-Sur Zalamea kellu laqgha ma' l-Onor. George W. Vella, Vici Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent.
Waqt din il-laqgha, giet diskussa is-sitwazzjoni politika, kif ukoll dik ekonomika taz-zewg pajjizi. Ghalkemm geografikament imbeghdin minn xulxin, hemm lok ghal aktar tishih fir-relazzjonijiet kemm politici kif ukoll dawk kummercjali.
Il-Vici Prim Ministru semma' li aktar tard din is-sena hu ser izur il-Kolombja biex jattendi ghal-laqgha Ministerjali tal-grupp ta' pajjizi mhux allinejati. Iz-zewg pajjizi huma membri attivi fi hdan il-grupp.
Other Press Releases:
PR261919
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Se jitfassal do...
PR261918