Il-Ministru Alfred Portelli jzur il-Kunsill Lokali ta' l-Isla
Il-Ministru ghad-Djar u Kunsilli Lokali, is-Sur Alfred Portelli illum iltaqa' mal-Kunsill Lokali ta' l-Isla. F'diskors li ghamel qal li l-Kottonera hija fost l-aktar regjuni ta' Malta milquta mill-problema ta' housing. Huwa qal li mill-erbat ibliet tal-Kottonera jigifieri, Bormla, il-Birgu, l-Isla u l-Kalkara hemm 660 applikazzjoni minn nies li jridu akkomodazzjoni alternattiva. Minn dawn 164 applikazzjoni gejjin mill-Isla biss.
Il-Ministru qal li minn Novembru tal-1996 sal-lum id-Dipartiment ghall-Akkomodazzjoni Socjali alloka 60 post alternattiv li minnhom 14-il post kienu fl-Isla. Huwa qal ukoll li fil-Kottonera d-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar ghandu applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex jinbnew 79 post f'Bormla.
Huwa qal li l-Isla, bhal bqija tal-Kottonera hija belt maghluqa bis-swar bi ftit jew xejn opportunita' ta' zvilupp. Huwa kompla jghid li dan il-fattur qieghed jikkaguna diversi problemi, bhal per ezempju l-fatt li koppji zghazagh jmorru joqghodu band'ohra bil-konsegwenza li fl-Isla tibqa' popolazzjoni ta' xjuh. Hemm il-problema ta' hafna bini battal li skond studju imwettaq mill-Kunsill Lokali dawn ilahhqu mal-200 post.
Il-Ministru, filwaqt li ferah lill-Kunsill ghal dan l-istudju li sar, appella biex issa dan il-Kunsill jaghmel sforz iehor biex jidentifika lis-sidien ta' dawn il-postijiet biex imbaghad dawn jigu mhajra johorguhom fis-suq ghall-kiri jew ghall-bejgh. Huwa appella lill-Kunsilli kollha ta' Malta u Ghawdex biex jaghmlu l-istess, kif ghamel ukoll il-Kunsill Lokali tal-Furjana.
Is-Sur Portelli semma l-isforzi li qeghdin isiru biex bini perikoluz ta' l-Ufficcju Kongunt, fi Triq fl-Isla, jigi konvertit f'ghadd zghir ta' appartamenti. Huwa tkellem ukoll dwar l-ghadd kbir ta' tiswijiet li d-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar wettaq fl-Isla f'dawn l-ahhar xhur. Huwa semma infatti li minn Novembru tal-1996 twettqu xoghlijiet fi 88 post filwaqt li gew approvati 34 talba.
Wara diskussjoni mal-Kunsill Lokali l-Ministru flimkien mal-membri tal-Kunsill u l-Ufficjali tal-Ministeru zaru diversi nhawi fl-Isla dwar certu bini u suggerimenti tal-Kunsill.
Stqarrijiet Oħra:
PR261917en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...
PR261917