Il-Hidma tal-Gvern Malti fil-qasam ta' l-akkwakultura
Dan qalu l-Ministru tal-Biedja u Sajd Noel Farrugia f'laqgha li kellu ma' rapprezentanti tal-Fish Farms privati fil-prezenza tal-Ministri tas-Sudan u tal-Mali li kienu qeghdin izuru ic-Centru ta' l-Akkwakultura f'San Lucjan.
B'din id-direzzjoni s-servizzi li jipprovdi dan ic-Centru ikunu aktar qed jindirizzaw l-isfidi ta' dan is-settur b'kordinament professjonali u li jirrendi aktar investiment gdid ghall-industrija.
Il-Ministru kompla jghid li b'dan l-impenn jigu meghluba hafna mid-diffikultajiet pendenti, f'ambjent fejn tikber aktar il-koperazzjoni fis-settur u joghla l-livell ta' din l-industrija f'pajjizna.
Bhala kaz prattiku tas-sitwazzjoni attwali l-Ministru Noel Farrugia rrefera ghall-programm ta' ricerka fuq it-Tilapia. Ir-ricerka fuq din it-tip ta' huta li tikber fl-ilma helu ilha ssir fic-Centru ghal dawn l-ahhar tmien snin. Izda minkejja dan ix-xoghol, kompla jghid il-Ministru, l-Assocjazzjoni tal-Fish Farms thoss li din ir-ricerka hija wahda negattiva meta pparagunata mal-pjanijiet ta' l-istess Assocjazzjoni ghall-futur ta' din l-industrija f'pajjizna.
Il-Ministru tkellem ukoll dwar ir-rwol gdid tac-Centru ghar-rigward ta' l-involviment ta' l-istudenti Maltin u barranin. Huwa gharraf lill-Assocjazzjoni li, b'rizultat tal-hidma kollettiva tal-haddiema tac-Centru, fil-gejjieni qarib, ic-Centru se jircievi numru ta' studenti Libjani li se jitharrgu fuq bosta suggetti, fosthom in-nutrizzjoni tal-hut, it-tkabbir ta' ikel ghall-hut, it-tkabbir tal-frieh tal-hut, l-igjene fil-Fish Farms, il-kwalita' ta' l-ilma u l-protezzjoni ta' l-ambjent kif ukoll l-imaniggjar ta' fish farms.
Il-Ministru Noel Farrugia temm jghid li dawn is-suggetti llum huma disponibbli ghall-istudenti Universitarji u ghall-haddiema Maltin u Ghawdxin interessati fil-sengha tal-fish farming.
Stqarrijiet Oħra:
PR261917en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...
PR261917