Left arrow Mur Lura

Punti minn Messagg ta' l-Onor. Louis Buhagiar fl-Inawgurazzjoni tal-Lectures "Anzjan B'Sahhtu" imnedija mill-Kunsill Lokali tal-Pieta'

PR0516
Date Icon 24/03/1998

Din l-attivita' kienet inizzjattiva tal-Kunsill Lokali tal-Pieta' u ghalhekk hu aktar ta' min ifahharha.

Dr. Louis Buhagiar qal li laqghat mall-Kunsilli Lokali qed isiru regolarment u f'kull Kunsill Lokali hemm persuna nkarigata mill-anzjani. Dan jawgura tajjeb ghall-hidma favur l-anzjani.

Il-popolazzjoni qed tghix aktar, u dan permezz ta' zvilupp tax-xjenza medika. Ahna rridu naraw aktar anzjani b'sahhithom fizikament u psikologikament. Irridu naraw aktar anzjani ferrieha. Dan hu l-iskop tal-Gvern. Din il-haga ma tigix mil-lum ghal ghada. Il-generazzjonijiet aktar zghar hemm bzonn li jiehdu hsieb sahhithom, biex b'hekk fl-anzjanita' taghhom tkun aktar felici.

Hemm bzonn li l-anzjani jaghmlu hafna ezercizzju fiziku u jibqghu attivi socjalment billi jiltaqghu ma' nies ohra. Huwa importanti li jevitaw hafna accidenti li jistghu jsehhu fid-dar, specjalment fil-kcina.

Huwa ferah lill-Kunsill Lokali tal-Pieta' u s-socjeta' 'Young at Heart' li qed jorganizzaw dawn il-lectures. Is-Segretarju Parlamentari ghall-Anzjani heggeg lill-anzjani prezenti biex huma jinkoragixxu anzjani ohra biex jippartecipaw ghal dawn l-attivitajiet

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow