Left arrow Mur Lura

L-Iskejjel post-sekondarji f'Ghawdex

PR0506
Date Icon 23/03/1998

Is-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex, Dr Anton Refalo, zar l-Iskejjel Post Sekondarji "Sir Michelang Refalo", f'Open Day li giet organizzata ghall-istudenti.

Ic-Centru "Sir Mikelang Refalo" huwa l-oghla istituzzjoni tal-Gvern fil-qasam edukattiv f'Ghawdex u barra li joffri korsijiet fis-sixth form li jwasslu lill-istudenti ghall-Universita', joffri wkoll ghazla ta' suggetti ohra fl-Istitut Tekniku, fis-Secretarial School, korsijiet fil-Qasam Bankarju u kors Pre-Vokazzjonali ta' sentejn ghal studenti li jkunu jridu jsegwu karriera fil-qasam tas-sahha. Fost il-korsijiet offruti fl-Istitut Tekniku hemm dak fl-Inginerija Mekkanika, iehor fl-Inginerija Elettrika u kors iehor fl-inginerija elettronika.

L-amministrazzjoni tac-Centru organizzat l-Open Day bil-hsieb li tinforma lill-istudenti u lill-pubbliku in generali dwar il-korsijiet li joffri c-Centru "Sir Mikelang Refalo". Is-Segretarju Parlamentari, Dr Anton Refalo, qal li l-organizzazzjoni ta' l-Open Day hija inizjattiva ta' min jinkoraggiha ghaliex filwaqt li tinforma lill-istudenti dwar x'toffri l-edukazzjoni post-sekondarja f'Ghawdex, l-istudenti jigu mghejjuna fid-decizjoni taghhom dwar x'edukazzjoni jistghu isegwu wara dik sekondarja.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI      Tkompli tissaħħaħ is-sistema ġudizzjarja b’ħatra ta’ 9 medjaturi oħra fil-Qorti tal-Familja

PR261914

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI ...

 PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives, Carmelo Abela, holds bilateral meetings with counterparts from Cyprus and Slovakia

PR261913en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Re...

Aktar Stqarrijiet Right arrow