L-Iskejjel post-sekondarji f'Ghawdex
Is-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex, Dr Anton Refalo, zar l-Iskejjel Post Sekondarji "Sir Michelang Refalo", f'Open Day li giet organizzata ghall-istudenti.
Ic-Centru "Sir Mikelang Refalo" huwa l-oghla istituzzjoni tal-Gvern fil-qasam edukattiv f'Ghawdex u barra li joffri korsijiet fis-sixth form li jwasslu lill-istudenti ghall-Universita', joffri wkoll ghazla ta' suggetti ohra fl-Istitut Tekniku, fis-Secretarial School, korsijiet fil-Qasam Bankarju u kors Pre-Vokazzjonali ta' sentejn ghal studenti li jkunu jridu jsegwu karriera fil-qasam tas-sahha. Fost il-korsijiet offruti fl-Istitut Tekniku hemm dak fl-Inginerija Mekkanika, iehor fl-Inginerija Elettrika u kors iehor fl-inginerija elettronika.
L-amministrazzjoni tac-Centru organizzat l-Open Day bil-hsieb li tinforma lill-istudenti u lill-pubbliku in generali dwar il-korsijiet li joffri c-Centru "Sir Mikelang Refalo". Is-Segretarju Parlamentari, Dr Anton Refalo, qal li l-organizzazzjoni ta' l-Open Day hija inizjattiva ta' min jinkoraggiha ghaliex filwaqt li tinforma lill-istudenti dwar x'toffri l-edukazzjoni post-sekondarja f'Ghawdex, l-istudenti jigu mghejjuna fid-decizjoni taghhom dwar x'edukazzjoni jistghu isegwu wara dik sekondarja.
Other Press Releases:
PR261917en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...
PR261917