Investiment qawwi fl-Industrija tat-Tjur u l-Fniek
Investiment ta' 'l fuq minn miljun u nofs lira Maltija qed isir fil-mument fuq bini gdid ta' biccerija u impjanti ta' l-ipprocessar tal-fniek u tjur.
B'dan l-investiment l-industrija tal-fniek u tjur f'pajjizna se tkompli ttejjeb il-kompettivita' taghha fis-suq u taghti servizz aktar genwin lill-konsumaturi.
Dan qalu l-Ministru tal-Biedja u s-Sajd meta kien qed jaghmel zjarat fuq dawn il-progetti.
F'pajjizna jitrabbew medja ta' zewg miljun fenek u hames miljuni tigieg fis-sena. Malta tipproduci wkoll madwar ghaxar miljun tuzzana bajd fis-sena. Dawn l-industriji, b'kollox jiggeneraw kummerc ta' prodott ta' madwar hmistax-il miljun lira Maltija fis-sena.
Il-Ministru Noel Farrugia zied jghid li d-direzzjoni politika tal-Gvern prezenti li jkollu relazzjonijet specjali ma' l-Unjoni Ewropea u mhux shubija shiha kienu strumentali biex f'pajjizna isir dan l-investiment.
Huwa spjega li skond ir-rapport ta' l-EU Directorate li kien thejja fl-1991, ma kienx se jkun hemm ebda protezzjoni ghall-industrija tat-tjur kif ukoll ghal dik tal-bajd, kieku Malta saret membru shih ta' l-Unjoni Ewropea.
Il-Ministru kellu kliem ta' tifhir ghas-success li kisbu numru ta' produtturi tat-tjur u bicceriji ewlenija Maltija li matul dawn l-ahhar tnax-il xahar lahqu livelli ta' kwalita' gholja hafna, tant li qed jissupplixxu tigieg friski lil zewg franchises ewlenin.
B'rizultat ta' dan temm jghid il-Ministru, illum 'il fuq minn 50 tunnellata ta' tigieg qed jitkabbru u jigu pprocessati lokalment, flok jigu mpurtati kif kien jigri fl-imghoddi.
Other Press Releases:
PR261917en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...
PR261917