Left arrow Mur Lura

Premju: Haddiem tas-Sena

PR0503
Date Icon 23/03/1998

Il-Ministeru tal-Harsien Socjali qieghed iniedi l-Premju "Haddiem tas-Sena" ghall-1998. L-ghazla ssir minn Kumitat ta' Ghazla, mahtur mill-Ministru ghall-Harsien Socjali. L-ghazla tal-"Haddiem tas-Sena" ssir, fost l-ohrajn, fuq kriterji ta' onesta', efficjenza, inizjattiva, ingenjozita' u kreattivita' fil-qadi tad-dmirijiet.

Il-Kumitat ta' Ghazla tal-Premju "Haddiem tas-Sena" qieghed iheggeg gruppi ta' haddiema, trade unions jew assocjazzjoni taghhom, kumpaniji, employers jew assocjazzjoni taghhom u anke ghaqdiet volontarji konnessi mal-haddiema biex jinnominaw haddiema ghal dan il-premju.

Ic-Cerimonja ta' l-Ghoti tal-Premju "Haddiem tas-Sena" issir taht il-Patrocinju ta' l-E.T. il-President tar-Repubblika ta' Malta.

Il-Kumitat fuq imsemmi jilqa' nominazzjonijiet ghall-Premju "Haddiem tas-Sena" sal-Gimgha, 17 ta' April 1998, f'nofsinhar. Formoli tan-nominazzjonijiet jinkisbu mill-Ministeru tal-Harsien Socjali u mid-Dipartiment tax-Xoghol fir-Rabat, Ghawdex. Aktar taghrif jista' jinkiseb mill-Gazzetta tal-Gvern ta' l-20 ta' Marzu 1998.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI      Tkompli tissaħħaħ is-sistema ġudizzjarja b’ħatra ta’ 9 medjaturi oħra fil-Qorti tal-Familja

PR261914

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI ...

 PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives, Carmelo Abela, holds bilateral meetings with counterparts from Cyprus and Slovakia

PR261913en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Re...

Aktar Stqarrijiet Right arrow