Left arrow Mur Lura

Il-Prim Ministru jitkellem dwar l-Isfida li nsahhu s-shubija bejn is-settur Pubbliku u s-settur Privat, waqt Seminar tal-Henley Alumni Association of Malta

PR0502
Date Icon 21/03/1998

L-isfida ewlenija li ghandna quddiemna hija li nsahhu s-shubija bejn is-settur pubbliku u s-settur privat biex inkomplu ntejbu il-qaghda ekonomika u l-hajja tac-cittadini fil-gzejjer Maltin. Dan qalu l-Prim Ministru llum meta tkellem waqt Seminar tal-'Henley Alumni Association of Malta' dwar tmexxija effettiva tas-sistema tal-Gvern f'Malta. Il-Prim Ministru qal li kull organizzazzjoni, kemm jekk pubblika jew privata, tehtieg tmexxija tajba b'vizjoni strategika.

Ghalhekk jehtieg li l-ufficjali pubblici jiehdu d-decizjonijiet mehtiega. Is-Seniority m'ghandhiex tibqa' konsiderazzjoni ewlenija ghal hatriet f'pozizzjoni gholja fis-Servizz Pubbliku. Il-Prim Ministru tkellem dwar tmexxija finanzjarja fis-Servizz Pubbliku u qal li s-sistema prezenti ta' Budgeting trid tinbidel mill-qiegh. Wasal iz-zmien li s-sistema ta' Budgeting tkun imsejsa fuq progezzjonijiet ta' tliet snin, flok ta' sena wahda. Dan ikun jinkludi l-livell ta' servizzi moghtija u l-impenji li l-gvern jiehu u jaqbel mal-imsiehba socjali tieghu.

Il-Prim Ministru sahaq dwar l-ahjar uzu tar-risorsi umani u ippjanar li ghandu jkun introdott fis-Servizz Pubbliku. F'dan ir-rigward il-Kumitat tal-Kabinett ghar-reklutagg fis-Settur Pubbliku qed jahdem fuq il-metodologija ghall-izvilupp tal-pjani tar-risorsi umani fi hdan is-Settur tas-Sahha. Il-hsieb huwa li s-setturi ewlenin fis-Servizz Pubbliku ikunu zviluppaw il-pjani taghhom tar-risorsi umani sa tmiem l-1998.

Il-Prim Ministru qal li l-livelli ta' produttivita' ghandhom ikunu introdotti fis-Servizz Pubbliku. Il-Kabinett, ricentement, approva programm ta' introduzzjoni ta' Charters fis-Settur Pubbliku fi hdan hames organizzazzjonijiet li jipprovdu servizz lic-cittadin. Hija l-intenzjoni tal-Gvern li jimplimenta dan il-programm fl-organizzazzjonijiet kollha fis-Servizz Pubbliku li qeghdin f'kuntatt dirett mac-cittadin. L-ispettorat tas-Settur Pubbliku se jigi mitlub josserva x-xoghol skond il-miri f'kull Charter fis-Servizz Pubbliku.

It-tmexxija tas-Servizz Pubbliku ghandha jkollha l-awtorita' li tagixxi b'mod decisiv. F'certi kazi, madankollu, il-qafas istituzzjonali tas-servizz pubbliku ma jippermettix dan. Ghal dan il-ghan, taht id-direzzjoni tal-Kumitat tal-Kabinett fuq l-Efficjenza fis-Settur Pubbliku, saru diskussjonijiet mal-Kummisjoni tas-Servizz Pubbliku biex tohloq qafas gdid dixxiplinarju biex tigi delegata l-awtorita' fil-linji tat-tmexxija. Gie disinjat qafas dixxiplinarju gdid u bhalissa dan qieghed jigi diskuss mal-unions.


It-test shih tad-Diskors tal-Prim Ministru bl-Ingliz

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI      Tkompli tissaħħaħ is-sistema ġudizzjarja b’ħatra ta’ 9 medjaturi oħra fil-Qorti tal-Familja

PR261914

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI ...

 PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives, Carmelo Abela, holds bilateral meetings with counterparts from Cyprus and Slovakia

PR261913en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Re...

Aktar Stqarrijiet Right arrow