Il-Prim Ministru jitkellem dwar l-Isfida li nsahhu s-shubija bejn is-settur Pubbliku u s-settur Privat, waqt Seminar tal-Henley Alumni Association of Malta
L-isfida ewlenija li ghandna quddiemna hija li nsahhu s-shubija bejn is-settur pubbliku u s-settur privat biex inkomplu ntejbu il-qaghda ekonomika u l-hajja tac-cittadini fil-gzejjer Maltin. Dan qalu l-Prim Ministru llum meta tkellem waqt Seminar tal-'Henley Alumni Association of Malta' dwar tmexxija effettiva tas-sistema tal-Gvern f'Malta. Il-Prim Ministru qal li kull organizzazzjoni, kemm jekk pubblika jew privata, tehtieg tmexxija tajba b'vizjoni strategika.
Ghalhekk jehtieg li l-ufficjali pubblici jiehdu d-decizjonijiet mehtiega. Is-Seniority m'ghandhiex tibqa' konsiderazzjoni ewlenija ghal hatriet f'pozizzjoni gholja fis-Servizz Pubbliku. Il-Prim Ministru tkellem dwar tmexxija finanzjarja fis-Servizz Pubbliku u qal li s-sistema prezenti ta' Budgeting trid tinbidel mill-qiegh. Wasal iz-zmien li s-sistema ta' Budgeting tkun imsejsa fuq progezzjonijiet ta' tliet snin, flok ta' sena wahda. Dan ikun jinkludi l-livell ta' servizzi moghtija u l-impenji li l-gvern jiehu u jaqbel mal-imsiehba socjali tieghu.
Il-Prim Ministru sahaq dwar l-ahjar uzu tar-risorsi umani u ippjanar li ghandu jkun introdott fis-Servizz Pubbliku. F'dan ir-rigward il-Kumitat tal-Kabinett ghar-reklutagg fis-Settur Pubbliku qed jahdem fuq il-metodologija ghall-izvilupp tal-pjani tar-risorsi umani fi hdan is-Settur tas-Sahha. Il-hsieb huwa li s-setturi ewlenin fis-Servizz Pubbliku ikunu zviluppaw il-pjani taghhom tar-risorsi umani sa tmiem l-1998.
Il-Prim Ministru qal li l-livelli ta' produttivita' ghandhom ikunu introdotti fis-Servizz Pubbliku. Il-Kabinett, ricentement, approva programm ta' introduzzjoni ta' Charters fis-Settur Pubbliku fi hdan hames organizzazzjonijiet li jipprovdu servizz lic-cittadin. Hija l-intenzjoni tal-Gvern li jimplimenta dan il-programm fl-organizzazzjonijiet kollha fis-Servizz Pubbliku li qeghdin f'kuntatt dirett mac-cittadin. L-ispettorat tas-Settur Pubbliku se jigi mitlub josserva x-xoghol skond il-miri f'kull Charter fis-Servizz Pubbliku.
It-tmexxija tas-Servizz Pubbliku ghandha jkollha l-awtorita' li tagixxi b'mod decisiv. F'certi kazi, madankollu, il-qafas istituzzjonali tas-servizz pubbliku ma jippermettix dan. Ghal dan il-ghan, taht id-direzzjoni tal-Kumitat tal-Kabinett fuq l-Efficjenza fis-Settur Pubbliku, saru diskussjonijiet mal-Kummisjoni tas-Servizz Pubbliku biex tohloq qafas gdid dixxiplinarju biex tigi delegata l-awtorita' fil-linji tat-tmexxija. Gie disinjat qafas dixxiplinarju gdid u bhalissa dan qieghed jigi diskuss mal-unions.
It-test shih tad-Diskors tal-Prim Ministru bl-Ingliz
Other Press Releases:
PR261917en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...
PR261917