Left arrow Go Back

Il-Prim Ministru jitkellem waqt Seminar "Il-Malti u t-Turist" fil-fiera Amitex '98: "Irid jinstab bilanc bejn il-htigijiet tat-turisti u l-bzonnijiet tal-Maltin"

PR0500
Date Icon 20/03/1998

Il-Prim Ministru, Dr. Alfred Sant, illum tkellem dwar il-bzonn li jkun hemm bilanc bejn il-htigijiet tat-turisti u l-bzonnijiet tal-Maltin u l-Ghawdxin. Dr. Sant qal li l-isfida li ghandna quddiemna llum fis-settur turistiku hija li waqt li t-turizmu jkun ta' gid ghall-Maltin u l-Ghawdxin, daqstant iehor s-servizz li naghtu ghandu jkun accettabbli ghat-turist. Il-Prim Ministru li kien qed jitkellem waqt Seminar 'Il-Malti u t-Turist' waqt il-Fiera tal-AMITEX fin-Naxxar tkellem dwar l-effetti socjali, ekonomici u kulturali tat-turizmu fuq is-socjeta' Maltija.

Il-Prim Ministru qal li t-turist m'ghandux ikun esplojtjat u zied jghid li l-prodott li jinghata t-turist ghandu jkun sorveljat waqt li semma l-importanza li jkompli jitkabbar is-servizz li jinghataw it-turisti. Dr. Sant tkellem dwar is-siwi li jkollna prodott ta' gid uman u kulturali x'noffru lit-turisti u qal li dan ghandu jkun sfida ewlenija fl-izvilupp tat-turizmu f'pajjizna.

Il-Prim Ministru qal li l-industrija tat-turizmu kompliet tghin lill-poplu Malti jifhem b'mod konkret is-siwi tal-wirt storiku u arkeologiku taghna.

Il-Prim Ministru mbaghad zar id-diversi stands bil-partecipanti Maltin u barranin fil-Fiera tal-AMITEX fil-Kumpless tal-Fieri tan-Naxxar.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  MCCAA signs new Collective Agreement delivering substantial improvements in salaries, employee benefits and professional development opportunities

PR261917en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  L-MCCAA tiffirma Ftehim Kollettiv ġdid li se jwassal għal titjib sostanzjali fis-salarji, fil-benefiċċji tal-impjegati u opportunitajiet imsaħħa ta’ żvilupp professjonali

PR261917

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow