Ir-relazzjonijiet bejn Malta u c-Cina
F'Settembru 1997, id-Deputat Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent, Dr George W. Vella, kien zar ic-Cina bil-hsieb li jitkattru r-relazzjonijiet tajba u l-kooperazzjoni ekonomika bejn Malta u c-Cina. Inizjattivi varji ghall-kooperazzjoni li kienu proposti miz-zewg nahat gew diskussi u zviluppati f' din iz-zjara u wkoll fiz-zjara li rreciproka l-Vici-Premier u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin tar-Repubblika Popolari tac-Cina, Mr Qian Qi Chen, f'Malta, f'Jannar 1998. Minn dawn il-proposti issa qeghdin johorgu r-rizultati, u ghalhekk din is-sena se jsiru zjarat ohra ghal ghanijiet precizi.
Il-Vici Ministru ghas-Sahha Ciniz se jzur Malta fl-ahhar ta' dan ix-xahar biex jigi diskuss il-Ftehim ghall-Kooperazzjoni fil-Qasam tas-Sahha u l-Medicina, li kien gie pprezentat lill-Ministru Qian Qi Chen f'Jannar.
F'Marzu wkoll, delegazzjoni ekonomika Ciniza gejja Malta biex jigu diskussi fuq livell tekniku progetti li gew proposti fiz-zjarat tal-Ministri ta' l-Affarijiet Barranin, bi preparazzjoni ghall-ewwel laqgha tal-Kummissjoni Mhallta dwar il-Kummerc, li se ssir f'Beijing fis-sajf.
Id-Direttur ta' l-Amministrazzjoni ghat-Turizmu Nazzjonali Ciniz se jzur Malta f'Mejju, fuq invit tal-Ministru ghat-Turizmu Karmenu Vella, biex isiru diskussjonijiet dwar kooperazzjoni fil-qasam tat-turizmu.
Fil-qasam kulturali, in-"National Arts Ensemble" tac-Cina ser tiehu sehem fil-Maltafest '98, u diskussjonijiet dwar skambji ohra kulturali huma fi stadju avvanzat.
Stqarrijiet Oħra:
PR261914
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI ...
PR261913en