Applikazzjonijiet ghall-appartamenti tal-Gvern
L-Awtorita' tad-Djar habbret li kien hemm 520 applikant ghal 69 post li kienet harget taht Avviz Numru 62. Din kienet it-tielet harga ta' postijiet ghall-bejgh taht il-Gvern prezenti fi zmien ftit xhur. Minn dawn l-applikanti kien hemm 377 li kienu diga' applikaw taht avvizi li hargu qabel. L-ghadd ta' applikanti taht dan l-avviz kien ferm anqas minn l-ghadd ta' applikanti taht l-avvizi li hargu qabel. Infatti kien hemm 385 applikant anqas mill-applikanti taht l-Avviz Numru 61 u 569 anqas minn dawk li applikaw taht l-Avviz Numru 60.
B'kollox s'issa taht dan il-Gvern hargu 266 post ghall-bejgh. L-ewwel harga ta' 74 post kienet taht Avviz Numru 60, li kien hareg f'Lulju tal-1997 u t-tieni harga ta' 123 post, taht Avviz Numru 61, kienet harget f'Novembru 1997. Dawn il-postijiet kienu hargu orhos minn dawk li kienu hargu taht il-Gvern precedenti u ghandhom kondizzjonijiet ahjar mill-Lohombus, wara ftehim li kien sar fuq inizjattiva tal-Ministru ghad-Djar u Kunsilli Lokali, is-Sur Alfred Portelli.
Mill-520 applikanti li applikaw skond l-Avviz Numru 62 kien hemm 462 koppji gharajjes, 24 applikant li jghixu fi djar sub-standard jew perikoluzi, 28 applikanti li jghixu ma' haddiehor u sitta bi bzonnijiet specjali. Il-listi ta' dawn l-applikanti kienu ghall-wiri mill-Awtorita' tad-Djar sat-Tlieta, 10 ta' Marzu 1998. Bhalissa dawn il-listi qeghdin jigu processati ghall-validita' taghhom u wara jergghu jigu processati biex jinghataw il-punti.
Minn dawn id-69 post li hargu ghall-bejgh, 33 huma appartamenti, 23 huma maisonettes u 13 huma cluster houses. Fost dawn hemm 18-il maisonette li hargu ghall-bejgh fuq il-pjanta f'Ghawdex. Din kienet l-ewwel darba li hargu ghall-bejgh postijiet fuq il-pjanta f'Ghawdex. Ghal dawn it-18-il post applikaw biss 19-il applikant. Bhalissa qeghdin jigu allokati tmien maisonettes li kienu hargu taht Avviz Numru 60. Sitt applikanti li gew allokati maisonettes irrifjutawhom, filwaqt li hemm tnejn ohra li ghadhom pendenti.
Stqarrijiet Oħra:
PR261914
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI ...
PR261913en