Left arrow Go Back

Applikazzjonijiet ghall-appartamenti tal-Gvern

PR0480
Date Icon 17/03/1998

L-Awtorita' tad-Djar habbret li kien hemm 520 applikant ghal 69 post li kienet harget taht Avviz Numru 62. Din kienet it-tielet harga ta' postijiet ghall-bejgh taht il-Gvern prezenti fi zmien ftit xhur. Minn dawn l-applikanti kien hemm 377 li kienu diga' applikaw taht avvizi li hargu qabel. L-ghadd ta' applikanti taht dan l-avviz kien ferm anqas minn l-ghadd ta' applikanti taht l-avvizi li hargu qabel. Infatti kien hemm 385 applikant anqas mill-applikanti taht l-Avviz Numru 61 u 569 anqas minn dawk li applikaw taht l-Avviz Numru 60.

B'kollox s'issa taht dan il-Gvern hargu 266 post ghall-bejgh. L-ewwel harga ta' 74 post kienet taht Avviz Numru 60, li kien hareg f'Lulju tal-1997 u t-tieni harga ta' 123 post, taht Avviz Numru 61, kienet harget f'Novembru 1997. Dawn il-postijiet kienu hargu orhos minn dawk li kienu hargu taht il-Gvern precedenti u ghandhom kondizzjonijiet ahjar mill-Lohombus, wara ftehim li kien sar fuq inizjattiva tal-Ministru ghad-Djar u Kunsilli Lokali, is-Sur Alfred Portelli.

Mill-520 applikanti li applikaw skond l-Avviz Numru 62 kien hemm 462 koppji gharajjes, 24 applikant li jghixu fi djar sub-standard jew perikoluzi, 28 applikanti li jghixu ma' haddiehor u sitta bi bzonnijiet specjali. Il-listi ta' dawn l-applikanti kienu ghall-wiri mill-Awtorita' tad-Djar sat-Tlieta, 10 ta' Marzu 1998. Bhalissa dawn il-listi qeghdin jigu processati ghall-validita' taghhom u wara jergghu jigu processati biex jinghataw il-punti.

Minn dawn id-69 post li hargu ghall-bejgh, 33 huma appartamenti, 23 huma maisonettes u 13 huma cluster houses. Fost dawn hemm 18-il maisonette li hargu ghall-bejgh fuq il-pjanta f'Ghawdex. Din kienet l-ewwel darba li hargu ghall-bejgh postijiet fuq il-pjanta f'Ghawdex. Ghal dawn it-18-il post applikaw biss 19-il applikant. Bhalissa qeghdin jigu allokati tmien maisonettes li kienu hargu taht Avviz Numru 60. Sitt applikanti li gew allokati maisonettes irrifjutawhom, filwaqt li hemm tnejn ohra li ghadhom pendenti.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI      Tkompli tissaħħaħ is-sistema ġudizzjarja b’ħatra ta’ 9 medjaturi oħra fil-Qorti tal-Familja

PR261914

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI ...

 PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives, Carmelo Abela, holds bilateral meetings with counterparts from Cyprus and Slovakia

PR261913en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Re...

More Press Releases Right arrow