Left arrow Go Back

L-Ambaxxatur ta' Malta ghall-Grecja jipprezenta l-kredenzjali

PR0476
Date Icon 16/03/1998

L-Ambaxxatur il-gdid ta' Malta ghal Grecja, Henry C. de Gabriele, li huwa residenti f'Ruma, ipprezenta l-kredenzjali tieghu lill-President tal-Grecja, Costas Stephanopoulos, fit-13 ta' Marzu. Il-presentazzjoni saret fil-Palazz Presidenzjali f'Ateni. L-Ambaxxatur de Gabriele kien akkumpanjat mis-Sinjorina Vanessa Baldacchino Grima, First Secretary.

Waqt iz-zjara tieghu f'Ateni, l-Ambaxxatur de Gabriele kellu laqghat mal-President Stephanopoulos, mas-Segretarju Generali tal-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin Grieg, kif ukoll ma' ufficjali gholjin ohra tal-Gvern Grieg. Id-diskussjonijiet kienu jinkludu kooperazzjoni f'inizjattivi Mediterranji, u l-intensifikazzjoni tar-relazzjonijiet bilaterali.

Fil-kors tal-laqgha mal-President Grieg huwa rrefera ghar-relazzjonijiet bejn iz-zewg pajjizi, li matul l-ahhar 30 sena kienu eccellenti u ttama li dawn jissarrfu f'aktar kooperazzjoni f'oqsma varji fil-futur.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI      Tkompli tissaħħaħ is-sistema ġudizzjarja b’ħatra ta’ 9 medjaturi oħra fil-Qorti tal-Familja

PR261914

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI ...

 PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives, Carmelo Abela, holds bilateral meetings with counterparts from Cyprus and Slovakia

PR261913en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Re...

More Press Releases Right arrow