Il-Prim Ministru dwar l-importanza ta' l-M.M.D.N.A.
Il-Prim Ministru Alfred Sant tkellem dwar l-importanza li tissokta l-kollaborazzjoni bejn l-MMDNA (Malta Memorial District Nursing Association) u d-Dipartiment tas-Sahha u li jkompli s-servizz eccellenti li din l-organizzazzjoni volontarja ilha taghti lill-komunita' ghal dawn l-ahhar 51 sena. Il-Prim Ministru ferah lill-MMDNA ghax-xoghol siewi u eccellenti li taw lill-komunita' matul is-snin u qal li l-hidma b'serjeta' professjonali hija karatteristika ta' l-MMDNA. Dr. Sant qal li l-fatt li n-nurses ta' l-MMDNA jaghmlu 380,000 zjara ghand il-familji Maltin fis-sena tkompli tenfasizza l-importanza li din l-organizzazzjoni ghandha fis-socjeta' Maltija. Il-Prim Ministru llum kien mistieden izur l-ufficini ta' l-MMDNA f'San Gwann minn fejn tigi kordinata l-attivita' u l-hidma ta' din l-organizzazzjoni.
Il-Maggur Maurice G. Agius, Direttur Generali ta' l-MMDNA, irringrazzja lill-Prim Ministru taz-zjara li ghamel fl-Ufficcju centrali ta' l-Organizzazzjoni u qal li tezisti kollaborazzjoni kbira bejn l-MMDNA u d-Dipartiment tas-Sahha. Il-Maggur Agius imbaghad dawwar lill-Prim Ministru madwar esibizzjoni permanenti dwar l-istorja ta' l-MMDNA.
L-aktar nies li jaghmlu uzu mis-servizzi ta' l-MMDNA huma l-anzjani, b'percentwal ta' 83% tal-pazjenti totali li jaghmlu uzu mis-servizzi ta' l-organizzazzjoni. Pazjenti nisa juzaw is-servizz ta' l-MMDNA darbtejn aktar mill-irgiel. L-MMDNA timpjega sittin impjegat u ghandha flotta ta' 40 karozza. L-ispiza ta' l-MMDNA ghall-1997 telghet ghal Lm340,000. Il-gvern ihallas 80% ta' l-ispiza ta' dan is-servizz, waqt li l-20% l-ohra jinkisbu minn sorsi ohrajn, l-aktar mill-mizati li jhallsu l-pazjenti li jaghmlu uzu mill-MMDNA. Mill-1973 'l hawn l-MMDNA giet fdata mid-Dipartiment tas-Sahha bis-servizzi tan-nursing u tal-midwives fil-komunita'.
L-MMDNA twaqqfet fl-1 ta' Settembru, 1945 u bdiet toffri s-servizzi taghha fis-7 ta' Frar, 1947 meta Malta kienet milquta mit-tifrik tat-Tieni Gwerra Dinjija.
Stqarrijiet Oħra:
PR261914
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI ...
PR261913en