Left arrow Go Back

Il-Prim Ministru dwar l-importanza ta' l-M.M.D.N.A.

PR0473
Date Icon 14/03/1998

Il-Prim Ministru Alfred Sant tkellem dwar l-importanza li tissokta l-kollaborazzjoni bejn l-MMDNA (Malta Memorial District Nursing Association) u d-Dipartiment tas-Sahha u li jkompli s-servizz eccellenti li din l-organizzazzjoni volontarja ilha taghti lill-komunita' ghal dawn l-ahhar 51 sena. Il-Prim Ministru ferah lill-MMDNA ghax-xoghol siewi u eccellenti li taw lill-komunita' matul is-snin u qal li l-hidma b'serjeta' professjonali hija karatteristika ta' l-MMDNA. Dr. Sant qal li l-fatt li n-nurses ta' l-MMDNA jaghmlu 380,000 zjara ghand il-familji Maltin fis-sena tkompli tenfasizza l-importanza li din l-organizzazzjoni ghandha fis-socjeta' Maltija. Il-Prim Ministru llum kien mistieden izur l-ufficini ta' l-MMDNA f'San Gwann minn fejn tigi kordinata l-attivita' u l-hidma ta' din l-organizzazzjoni.

Il-Maggur Maurice G. Agius, Direttur Generali ta' l-MMDNA, irringrazzja lill-Prim Ministru taz-zjara li ghamel fl-Ufficcju centrali ta' l-Organizzazzjoni u qal li tezisti kollaborazzjoni kbira bejn l-MMDNA u d-Dipartiment tas-Sahha. Il-Maggur Agius imbaghad dawwar lill-Prim Ministru madwar esibizzjoni permanenti dwar l-istorja ta' l-MMDNA.

L-aktar nies li jaghmlu uzu mis-servizzi ta' l-MMDNA huma l-anzjani, b'percentwal ta' 83% tal-pazjenti totali li jaghmlu uzu mis-servizzi ta' l-organizzazzjoni. Pazjenti nisa juzaw is-servizz ta' l-MMDNA darbtejn aktar mill-irgiel. L-MMDNA timpjega sittin impjegat u ghandha flotta ta' 40 karozza. L-ispiza ta' l-MMDNA ghall-1997 telghet ghal Lm340,000. Il-gvern ihallas 80% ta' l-ispiza ta' dan is-servizz, waqt li l-20% l-ohra jinkisbu minn sorsi ohrajn, l-aktar mill-mizati li jhallsu l-pazjenti li jaghmlu uzu mill-MMDNA. Mill-1973 'l hawn l-MMDNA giet fdata mid-Dipartiment tas-Sahha bis-servizzi tan-nursing u tal-midwives fil-komunita'.

L-MMDNA twaqqfet fl-1 ta' Settembru, 1945 u bdiet toffri s-servizzi taghha fis-7 ta' Frar, 1947 meta Malta kienet milquta mit-tifrik tat-Tieni Gwerra Dinjija.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI      Tkompli tissaħħaħ is-sistema ġudizzjarja b’ħatra ta’ 9 medjaturi oħra fil-Qorti tal-Familja

PR261914

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI ...

 PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives, Carmelo Abela, holds bilateral meetings with counterparts from Cyprus and Slovakia

PR261913en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Re...

More Press Releases Right arrow