Left arrow Go Back

Ghajnuna lill-bdiewa Part-times fit-tkabbir ta' dwieli

PR0467
Date Icon 13/03/1998

Wahda mid-ditti ewlenin Maltin fil-produzzjoni ta' l-inbid, lesta li tinvesti ma' bdiewa part timers fit-tkabbir ta' dwieli.

Matul dawn l-ahhar snin, id-Ditta Emmanuel Delicata regolarment importat b'medja ta' nofs miljun lira Maltin fis-sena ta' gheneb ghall-ghasir biex tipproduci varjetà ta' nbejjed ghas-suq lokali.

Dan intqal mis-sur George Delicata, Managing Director tad-ditta, lill-Ministru Noel Farrugia, meta kien qed izur lill-management u l-haddiema fil-fabbrika ta' l-imbejjed fil-Marsa.

Il-Ministru Noel Farrugia qal li llum f'Malta jigi mpurtat madwar Lm1.3 miljun ta' gheneb ghall-ghasir u dan juri kemm hemm lok fejn il-bdiewa parttimers jistghu jinvestu fit-tkabbir tad-dwieli. B'hekk il-kwalità ta' l-imbejjed Maltin tkompli titjieb.

Il-Ministru fahhar l-interess ta' din il-kumpanija, li lesta tiehu din l-inizjattiva flimkien mal-bdiewa part time. Investiment bhal dan jinvolvi medda kbira ta' art u johloq investiment produttiv li jissarraf fi dhul akbar ghall-bdiewa part time bla ma jkun ta' detriment ghall-bdiewa full time. Investiment ta' din ix-xorta jkun ta' gid kbir ghall-ekonomija lokali.

Il-Ministru Noel Farrugia fakkar li skond ir-rapport tad-Direttorat ta' l-Unjoni Ewropea li kien thejja fiz-zmien il-Gvern precedenti, kieku Malta saret membru shih fl-Unjoni Ewropea, l-industrija ta' l-inbid kienet titlef mill-ewwel il-protezzjoni li tgawdi. Ghall-kuntrarju, bil-politika tal-Gvern prezenti ghall-relazzjonijiet specjali ma' l-Unjoni Ewropea, il-futur tal-biedja, inkluz dak ta'l-inbid, ikun protett. B' din il-politika qed jigi nkoraggit aktar investiment f' dan is-settur.

Il-Ministru kompla jghid li d-Dipartiment tal-Biedja ser jorganizza laqgha ghal dawk il-bdiewa part-time interessati li jkabbru d-dwieli u stieden lil-kumpanija sabiex tippartecipa f'din il-laqgha.

F'din il-laqgha il-bdiewa part-time ser jigu mhajjra fit-tkabbir tad-dwieli u kif id-dwieli jistghu jitkabbru b'mod organiku halli l-kwalità ta' l-inbid Malti tkompli toghla.

Il-Ministru qal li l-bdiewa part timers interessati fit-tkabbir tad-dwieli se jkunu preferuti mid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura ghall-self issusidjat ta' Lm 3000 ta' l-ahhar skema li hareg id-Dipartiment.

Il-Ministru temm jghid li bit-tkabbir ta' aktar dwieli ghall-industrija ta' l-inbid ikun garantit futur ahjar ghall investiment li jirrendi qliegh akbar ghall bdiewa part time fil-futur, kif ukoll ikompli jissebbah il-landscaping tal-pajsagg Malti b' mod produttiv.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  MCCAA signs new Collective Agreement delivering substantial improvements in salaries, employee benefits and professional development opportunities

PR261917en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  L-MCCAA tiffirma Ftehim Kollettiv ġdid li se jwassal għal titjib sostanzjali fis-salarji, fil-benefiċċji tal-impjegati u opportunitajiet imsaħħa ta’ żvilupp professjonali

PR261917

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow