Left arrow Go Back

Il-Pjan ta' zvilupp ghan-Nofs innhar ta' Malta prezentat lill-Ministru Alfred Portelli

PR0466
Date Icon 13/03/1998

Il-Ministru ghad-Djar u Kunsilli Lokali, is-Sur Alfred Portelli, illum ircieva formalment ir-rapport li jittratta dwar il-Pjan ta' Zvilupp Socjo-Ekonomiku ghan-Nofsinhar ta' Malta, mill-Perit Lino Bianco, ic-Chairman tal-Kunsill ta' l-Ippjanar ghan-Nofsinhar ta' Malta. Dan il-Pjan kien gie mniedi mill-Prim Ministru, Dr. Alfred Sant, f'konferenza li kienet saret f'Wied-il Ghajn, fil-5 ta' April ta' l-1997.

F'diskors li ghamel il-Ministru Portelli, filwaqt li wera l-hajr tieghu lil dawk kollha li hadu sehem f'dan il-progett ambizzjuz, fosthom l-ex-Ministru, in-Nutar Charles Mangion, is-Sur Joe Mizzi, Ministru bla Portafoll, fl-Ufficcju tal-Prim Ministru li hu membru tal-Kunsill ta' l-Ippjanar, qal li dan il-Pjan huwa l-ewwel wiehed tax-xorta tieghu li qatt sar ghal xi regjun partikolari ta' Malta. Huwa qal li dan fih mhux biss proposti, izda wkoll soluzzjonijiet u metodi ta' twettieq ta' l-istess soluzzjonijiet. Huwa qal ukoll li dan il-Pjan jinkludi spectrum ta' materji mill-aktar wiesgha li gew diskussi mill-aspetti socjali, ekonomici, ambjent mibni u ambjent ta' sahha, infrastruttura u wirt storiku u kulturali.

Il-Ministru qal li, bhal ma qieghed isir dejjem u f'kollox taht din l-amministrazzjoni, fit-thejjija ta' dan il-Pjan kien hemm konsultazzjonijiet wiesgha u partecipazzjoni demokratika mill-Kunsilli Lokali nvoluti tar-Regjun li huma l-Birgu, Bormla, l-Isla, il-Kalkara, il-Fgura, Birzebbuga, Wied-il Ghajn, Marsaxlokk, Xghajra, Zabbar u z-Zejtun. "Nista' nghid b'wicci minn quddiem li dan il-Pjan mhux sar ghal dawn il-lokalitajiet, izda sar ukoll minnhom u li s'intendi permezz tieghu se jgawdi l-poplu kollu", qal il-Ministru.

Wara d-diskors tal-Ministru kien hemm diskussjoni miftuha dwar dan il-Pjan minn dawk prezenti, fosthom konsulenti u kunsillieri.

Id-diskors tal-Ministru f'din l-okkazjoni:


Diskors mill-Ministru ghad-Djar u Kunsilli Lokali, is-Sur Alfred Portelli fil-laqgha ghall-Konsulenti u Kunsilli Lokali involuti fil-Pjan ta' Zvilupp Regjonali ghan-Nofsinhar ta' Malta li saret fil-Project House, Beltissebh nhar il-Gimgha, 13 ta' Marzu 1998.


Sinjuri,

Huwa ta' unur ghalija llum li jien, bhala Ministru ghad-Djar u Kunsilli Lokali, nindirizza din il-gemgha f'din l-okkazjoni li giet ftit jiem wara li l-Kunsill tal-Ippjanar ghan-Nofsinhar ta' Malta lesta u pprezenta l-pjan ta' zvilupp socjo-ekonomiku lill-Prim Ministru, Dr. Alfred Sant. Jien kburi b'dan ir-rapport u kburi li l-Kunsill tal-Ippjanar li hejja dan il-Pjan jaghmel parti mill-Ministeru tieghi.

llum dan ir-Rapport, l-ewwel wiehed tax-xorta tieghu qieghed jigi pprezentat lilkom. Dan ir-rapport, kif forsi tafu diga', jittratta dwar il-Pjan ta' Zvilupp Socio-Ekonomiku ghan-Nofinhar ta' Malta. Dan il-Pjan kien gie mniedi mill-Prim Ministru, Dr. Alfred Sant f'konferenza li saret apposta f' lukanda f'Wied-il Ghajn, fil-5 ta' April ta' l-1997.

Dak in-nhar stess kien twaqqaf Kunsill ghall-Ippjanar fi hdan il-Ministeru tal-Gustizzja u Kunsilli Lokali, biex jiffacilita l-process kollu sakemm jithejja r-rapport finali. Dan kien verament progett ambizzjuz u biex inwettquh inghazlu professjonisti kompetenti mis-servizz civili.

Il-Kunsill ta' l-Ippjanar li nhatar biex iwettaq il-pjan kien jikkonsisti mill-Perit Lino Bianco bhala Chairman, mill-Ministru bla Portafoll, is-Sur Joe Mizzi, li inhatar minn fost il-membri parlamentari eletti mir-regjun, is-Sur Emanuel Ellul, ekonomista u Gvernatur tal-Bank Centrali, il-Perit Vince Cassar, Direttur Generali tat-Taqsima tax-Xoghlijiet, u rapprezentant tal-Ministeru tax-Xoghlijiet Pubblici u Kostruzzjoni, il-Perit Chris Falzon, espert manigerjali u finanzjarju, s-Sur Anthony Degiovanni li nhatar minn fost il-Kunsillieri tar-Regjun, Is-Sur John Gatt li nhatar Segretarju Ezekuttiv u s-Sur Roderick Galdes, Assistent Segretarju.

Kif qieghed isir f'kollox u dejjem, taht din l-Amministrazzjoni, fit-thejjija ta' dan il-Pjan kien hemm konsultazjoni wiesgha u partecipazjoni demokratika li nista' nghid, b'wicci minn quddiem, li kienu l-perm ta' dan il-Pjan.

Daqshekk importanti ukoll kienet il-partecipazjoni tal-Kunsilli Lokali tar-Regjun kompost mill-Birgu, Birzebbuga, Bormla, Fgura, Isla, Kalkara, Marsascala, Marsaxlokk, Xghajra, Zabbar u Zejtun. Fil-fatt dawn il-Kunsilli kienu strumentali sa mill-bidunett sabiex jithejja Pjan ta' Zvilupp Socjo-Ekonomiku ghar-Regjun taghhom.

Dan sar bl-ghajnuna taghkom il-Konsulenti - il-bicca l-kbira taghkom professjonisti gradwati Malta u barra u li jahdmu fis-settur pubbliku - li l-Kunsill ta' l-Ippjanar pogga ghad-disposizzjoni taghkom l-Kunsilli Lokali halli flimkien tistudjaw, tanalizzaw u tizviluppaw it-temi relatati, minn angoli differenti. Ir-rizultat ta' dawn id-diskussjonijiet gie migbur f'sitt Rapporti Teknici li ttrattaw:

  1. Aspetti Socjali
  2. Aspetti Ekonomici
  3. Sahha Ambjentali
  4. Wirt
  5. Ambjent Mibni
  6. Infrastruttura

Ta' kontribut siewi kienu l-konsultazzjonijiet numeruzi li kellna ma' dipartimenti u organizzazjonijiet governattivi, korporazzjonijiet, organizzazzjonijiet mhux governattivi, filantropici, kulturali, tal-knisja u mhux, Partiti Politici u Ghaqdiet tal-Haddiema (unions). Il-konsultazzjonijiet saru f'diversi fora: laqghat informali mar-rapprezentanti ta' l-organizzazzjonijiet koncernati, diskussjonijiet u seminars bil-partecipazzjoni attiva tal-Kunsilli Lokali u l-Konsulenti u konsultazzjonijiet formali wkoll f'forma ta' rapporti miktuba. Dawn il-konsultazzjonijiet flimkien mad-diskussjonijiet fi hdan il-Kunsilli Lokali servew ta' bazi ghar-Rapporti Teknici.

Dawn ir-Rapporti Teknici huma s-sisien li fuqhom inbniet it-tielet Parti tar-Rapport Finali li effettivament huwa r-rapport ewlieni tal-Pjan. Fir-Rapporti Teknici wiehed isib hafna proposti u suggerimenti: 'il fuq minn mija u hamsin proposta gew misluta u mqassmin taht kategoriji diversi. Il-lista shiha ta' dawn il-proposti u l-evalwazzjoni ta' whud minnhom, tinsab fl-ewwel parti tar-rapport. Din il-Parti tigbor fiha ukoll il-Project Brief, taghrif dwar il-politika tal-gvern rigward zvilupp regjonali u taghrif generali dwar l-aspetti ekonomici ta' ppjanar ta' zvilupp socjo-ekonomiku. Din il-Parti taghlaq bi proposta li tirrigwarda l-implimentazzjoni vijabbli tal-Pjan.

It-tieni Parti tal-Pjan taghti harsa lejn il-bicca l-kbira tal-proposti minn perspettiva differenti, fosthom l-impatt fuq id-drenagg, il-provvista ta' l-ilma u l-energija, toroq u trasport, it-turizmu, agrikoltura, sahha ambjentali u l-aspett socjali u ekonomiku.

Minhabba l-importanza tal-konsultazzjonijiet li kien hemm fil-process sakemm tlesta dan il-Pjan, inhasset il-htiega li tigi riprodotta sinopsi tal-bicca l-kbira tal-konsultazzjonijiet formali li rcieva l-Kunsill tal-Ippjanar u riproduzzjoni shiha ta' xi whud minnhom ghall-interess tal-pubbliku in generali u tar-ricerkatur.

Aktar 'il fuq semmejt il-firxa wiesgha ta' konsultazzjonijiet li saru biex thejja dan il-Pjan u ma kontx qieghed nesagera. Bizzejjed nghidilkom li l-Kunsill tal-Ippjanar kellu mhux inqas minn 413-il laqgha u dan kollu f'disa' xhur. Fost dawn kien hemm 88 laqgha ta' konsulenti ma' Kunsilli Lokali biex jithejjew ir-rapporti teknici. Din il-lista ma tkoprix l-ghexieren ta' laqghat ohrajn li saru matul id-disa' xhur li ghaddew sakemm tlesta dan il-Pjan.

Nixtieq ghalhekk nizzi hajr lill-membri kollha tal-Kunsill tal-Ippjanar ghax-xoghol fejjiedi li wettqu u anke lil dawk li b'xi mod ghenu fit-twettieq ta' dan il-Pjan. Hajr specjali jmur ghall-predecessur tieghi, l-ex-Ministru n-Nutar Charles Mangion, li hadem kemm felah dwar dan il-progett. Nistieden lilkom ukoll biex taghtu l-fehmiet taghkom dwar dan ir-rapport u anke dwar it-taghrif li se jinghata mill-Perit Lino Bianco li, nista' nghid, kien il-mohh wara dan il-Pjan.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI      Tkompli tissaħħaħ is-sistema ġudizzjarja b’ħatra ta’ 9 medjaturi oħra fil-Qorti tal-Familja

PR261914

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI ...

 PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives, Carmelo Abela, holds bilateral meetings with counterparts from Cyprus and Slovakia

PR261913en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Re...

More Press Releases Right arrow