Left arrow Mur Lura

Tizdied il-fiducja f'Malta minn operaturi u Investituri Francizi

PR0465
Date Icon 13/03/1998

Il-Ministru ghall-Affarijiet Ekonomici u Industrija, Dr. J. Attard Montalto zar il-kumpanija Lowa Punkt, fil-Marsa, illum il-Gimgha 13 ta' Marzu.

Is-Sur Lawrence Debono, Direttur Manigerjali, qal li l-kumpanija bdiet topera f'Malta fis-sena 1978 taht l-isem ta' Kapunkt. Fl-1982 hu xtara l-ishma biex il-kumpanija saret interament Maltija.

Fil-process il-kumpanija introduciet linji ta' prodotti godda u gew penetrati niche markets ohrajn fi Franza, ir-Renju Unit, l-Isvizzera u l-pajjizi Skandinavi. B'dan il-mod Lowa Punkt irnexxielha ssahhah il-bazi kummercjali taghha billi ma' l-esportazzjoni ta' spectacle cases lejn il-Germanija zdiedet ukoll dik tal-basktijiet ghall-iskola u nstabu swieq godda ghall-produzzjoni ta' jewel boxes. Fil-prezent Lowa Punkt tissupplixxi mal-5,500 optician fil-Germanja bi spectacle cases taghha. Lowa Punkt tipproduci mat-3,000 schoolbag u bejn 70 - 100,000 spectacle cases fil-gimgha rispettivament. F'Mejju ta' din is-sena l-kumpanija se tibda tispeccjalizza wkoll fil-linja ta' hard casesbil-produzzjoni ta' spectacle cases maghmula mill-aluminju. Dan il-progett jirrikjedi investiment gdid u tahrig.

Il-Ministru Attard Montalto sahaq fuq il-htiega li f'pajjizna jissahhu u jizviluppaw inizzjattivi ta' interlinkage support services. Hu spjega li wahda mill-konsiderazzjonijiet ewlenin li jghinu l-attrazzjoni ta' investiment barrani hi li l-investituri jsibu facilitajiet tajba ta' subcontracting u support services industrijali.

Il-Ministru Attard Montalto ghamel riferenza ghan-niche markets li Lowa Punkt irnexxielha tinfed fi Franza, l-Isvizzera u l-Iskandinavia. Semma li ghalkemm fl-1997 il-pajjiz esporta lejn l-Isvizzera u l-Iskandinavja total ta' Lm 5.3 miljun, hu jemmen li Malta tista' tkabbar il-potenzjal taghha lejn dawn is-swieq. Fir-rigward ta' Franza, fl-1997 Malta esportat total ta' Lm 117 miljun. Dan ifisser li f'sena wahda biss Malta rnexxielha zzid l-esportazzjoni taghha lejn dan il-pajjiz b'25 fil-mija.

"Illum il-gurnata mal- 34 fil-mija tal-esportazzjoni taghna lejn l-Unjoni Ewropea tmur lejn Franza. F'oqsma ohra rajna li l-investiment Franciz f'Malta zdid -- l-investiment ta' Accor fil-lukanda Maritimu inizzjattivi ohra, il-ftehim tal-Freeport mal-kumpanija Franciza CMA biex din ta' l-ahhar tuza l-Port Hieles ta' Malta bhala l-hub port Mediterranju taghha u x-xiri ta' 21.33 fil-mija ta' l-ishma fil-Lombard Bank minn Credit Commercial de France. Dawn il-fatti juru fiducja qawwija f'Malta minn operaturi u investituri Francizi" temm jghid il-Ministru.

Id-diskors tal-Ministru f'din l-okkazjoni:

Introduzzjoni

Lowa Punkt Ltd bdiet topera f'Malta fl-1978 taht l-isem Kapunkt Ltd., kumpanija Germaniza li kienet tipproduci cases ghan-nuccalijiet. Fl-1982 il-kumpanija nxtrat minn sid Malti u bidlet isimha ghal Lowa Punkt Ltd. Dan it-tibdil gab mieghu rijorganizzazzjoni mportanti kemm f'dik li hi diversifikazzjoni fil-linja tal-produzzjoni kif ukoll f'dik li hi strategija kummercjali.

Diversifikazzjoni

Bil-hidma tas-sur Lawrence Debono, Managing Director, giet imwessa r-range ta' prodotti billi apparti spectacle cases il-kumpanija bdiet tipproduci basktijiet ghall-iskola, jewel boxes u souvenir leather goods. Gew penetrati niche markets godda fi Franza, r-Renju Unit, Svizzera u l-pajjizi Skandinavi. B'hekk Lowa Punkt irnexxielha ssahhah il-marketing base taghha flimkien mas-suq Germaniz, suq 'l fejn mal-esportazzjoni ta' spectacle cases zdiedet ukoll dik tal-basktijiet ghall-iskola. Illum il-gurnata Lowa Punkt Ltd. tipproduci mat-3,000 schoolbag u bejn 70,000 - 100,000 spectacle cases fil-gimgha rispettivament. Lowa Punkt tissupplixxi mal 5,500 optician fil-Germanja bi spectacle cases ta' produzzjoni taghha. 80 fil-mija tal-produzzjoni tmur ghall-esportazzjoni.

Investiment u Tahrig

Lowa Punkt qed tippjana li ghal bidu ta' Mejju ta' din is-sena tigi varata l-produzzjoni ta' spectacle cases maghmula mill-aluminju. Dan se jkun zvilupp iehor fl-espansjoni ta' prodotti godda minhabba li issa din l-azjenda se tibda tispecjalizza wkoll fil-linja ta' hard cases. Dan il-progett jirrikjedi nvestimenti f'makkinarju gdid u tahrig ta' personnel. Matul dawn l-ahhar snin gew imwettqa nvestimenti mportanti. Dawn kienu fattur ewlieni sabiex tigi sostnuta l-kompetittivita' fi swieq ta' kwalita' u jikber il-valur mizjud (value added), li prezentement hu ta' 40 fil-mija. Lowa Punkt ghandha facilita' ta' printing li taghti l-opportunita' lill-klijenti tal-kumpanija li jistampaw il-logo taghhom fuq il-prodotti.

Il-process jibda bil-qtugh ta' patterns skond il-mudelli mitluba.

Imbaghad isir il-printing tal-logo fuq artwork, provdut mill-klijent stess, li jigi zviluppat bi scanners apposta. Minn hemm ix-xoghol jintbaghat biex jigi maqghud bil-hjata.

It-tahrig hu element importanti ghaliex il-kumpanija topera fuq sistema ta' produzzjoni flessibbli.

Interlinkage Support Services

Minbarra li timpjega 60 haddiem, Lowa Punkt thaddem 8 outworkers ohra. Ix-xoghol ta' injection moulding jinghata fuq bazi ta' subcontracting. Din it-tijp ta' kollaborazzjoni temfasizza l-htiega li f'pajjizna jkomplu jissahhu u jizviluppaw inizzjattivi ta' interlinkage support services. Minn survey li kien sar fl-1993 mir-rivista nfluwenti Corporate Location instab li wahda mill-konsiderazzjonijiet ewlenin tal-investitur barrani - meta jigi biex jinvesti barra minn pajjizu - hi li jsib facilitajiet tajba ta' subcontracting u support services.

Esportazzjoni u nvestiment

Semmejt aktar qabel in-niche markets ta' Lowa Punkt fl-Iskandinavja, l-Isvizzera u Franza. Is-sena l-ohra Malta esportat total ta' Lm 5.3 miljun lejn l-Isvizzera il-pajjizi Skandinavi. Nemmen li nistghu nkabbru l-potenzjal taghna lejn dawn is-swieq. Fir-rigward ta' Franza ma nistax ma nsemmiex li fl-1997 esportajna total record ta' Lm 117 miljun. B'hekk f'sena wahda biss Malta rnexxielha zzid l-esportazzjoni taghha lejn dan il-pajjiz b'25 fil-mija. Illum il-gurnata mal- 34 fil-mija ta' l-esportazzjoni taghna lejn l-Unjoni Ewropeja tmur lejn Franza. F'oqsma ohra rajna li l-investiment Franciz f'Malta zdid - l-investiment ta' Accor fil-lukanda Maritim u inizzjattivi ohra; il-ftehim tal-Freeport mal-kumpanija Franciza CMA biex din ta' l-ahhar tuza l-Port Hieles ta' Malta bhala l-hub port Mediterranju taghha; u x-xiri ta' 21.33 fil-mija tal-ishma fil-Lombard Bank minn Credit Commercial de France. Dawn il-fatti juru fiducja qawwija f'Malta minn operaturi u nvestituri Francizi.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI      Tkompli tissaħħaħ is-sistema ġudizzjarja b’ħatra ta’ 9 medjaturi oħra fil-Qorti tal-Familja

PR261914

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI ...

 PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives, Carmelo Abela, holds bilateral meetings with counterparts from Cyprus and Slovakia

PR261913en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Re...

Aktar Stqarrijiet Right arrow