Aktar facilitajiet ghal self lill-Bdiewa rahhala u sajjieda
L-iskema l-gdida ta' Lm3,000 b'self sussidjat mill-Bank of Valletta lill-bdiewa, rahhala u sajjieda u li kienet tinkludi wkoll lill-hwienet tal-laham u lill-bejjiegha tal-haxix u l-halib frisk, kellha rizultati pozittivi.
Fil-fatt b'din l-iskema s-sena l-ohra bbenefikaw 67 persuna li flimkien hadu self sussidjat ta' 3½ % fuq Lm200,000 mid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura.
B'rizultat ta' dan, l-iskema qed tigi estiza ghal din is-sena mill-Bank of Valletta bi flessibilità li l-ammont ta' self ta Lm3,000, jista' jitla' ghall-massimu ta' Lm5,000 kemm-il darba l-bdiewa, sajjieda u rahhala jkunu membri ta' koperattiva.
Dan intqal mic-Chairman tal-Bank of Valletta, Dr Reno Borg u mill-Ministru tal-Biedja u Sajd Noel Farrugia waqt konferenza stampa li saret fil-Ministeru tal-Biedja u Sajd.
Din l-iskema se tkun miftuha mis-16 ta' Marzu sa l-ahhar ta' April 1998. L-ghan ta' din l-iskema huwa li tghin direttament fl-investimenti li jehtiegu l-bdiewa, rahhala u sajjieda biex itejjbu l-metodi tal-produzzjoni taghhom.
L-iskema tahseb ukoll bl-istess ghan, ghal dawk il-hwienet tal-laham u bejjiegha tal-haxix u tal-halib frisk li jridu jimmodernizzaw ruhhom sabiex ikunu konformi mal-ligijiet u jservu ahjar lill-konsumatur.
Stqarrijiet Oħra:
PR261914
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI ...
PR261913en