Left arrow Go Back

Il-Premju Gharfien Nazzjonali - Zghazagh fis-Socjeta'

PR0356
Date Icon 26/02/1998

Il-Y.M.C.A Valletta huma r-rebbieha ta' l-edizzjoni ta' din is-sena tal-premju "Gharfien Nazzjonali - Zghazagh fis-Socjeta", konkors imniedi mis-Segretarjat Parlamentari ghaz-Zghazagh, Sport, Kultura u Arti.

Ir-rebbieha thabbru waqt lejla li saret apposta fis-Sala Francis Ebejer, fl-Universita' ta' Malta, illum, il-Hamis, 26 ta' Frar 1998.

Il-Y.M.C.A. Valletta kien iggudikat l-aktar wiehed li haqqu jinghata dan il-premju minn bord li twaqqaf apposta mis-Segretarjat Parlamentari ghaz-Zghazagh, Sport, Kultura u Arti. Dan il-bord ezamina mhux anqas minn 48 nominazzjoni preliminari li kienu proposti mill-Kunsilli Lokali u minn "monitoring board" imwaqqaf apposta mis-Segretarjat fid-Dipartiment taz-Zghazagh u Sport. Dawn in-nominazzjonijiet tnizzlu ghal 15-il finalista li kienu rapprezentati waqt ic-cerimonja tal-prezentazzjoni fkimkien ma' ghadd kbir ta' zghazagh minn diversi ghaqdiet, il-Kunsill Nazzjonali taz-Zghazagh u rapprezentanti tal-Kunsilli Lokali.

Is-Segretarju Parlamentari ghaz-Zghazagh, Sport, Kultura u Arti, l-Onor Joe Cilia, irrimarka kif qed jizdied in-numru ta' zghazagh li qed jippartecipaw f'xoghol volontarju ghal gid tas-socjeta'. Barra minn hekk qed tidher fic-car il-firxa tal-volontarjat minn naha taz-zghazgagh u prova ta' dan huma l-attivitajiet li jigu organizzati miz-zghazagh direttament. L-Onor Cilia semma l-innovazzjoni li kien hemm din is-sena waqt il-konkors fejn qed tinghata donazzjoni ta' Lm50 lill kull ghaqda finalista. Dan juri fic-car l-impenn tal-Gvern li jirrikonoxxi l-Ghaqdiet taz-zghazagh u x-xoghol taghhom.

Minbarra l-premju ta' Lm500 lill-Y.M.C.A. Valletta bhala rebbieha tal-konkors, inghataw ukoll zewg premjijiet ta' Lm150 bhala rikonoxximent specjali lill-grupp Hairdressing & Beauty Therapy School u l-Island Sanctuary. Il-gruppi finalisti l-ohra gew pprezentati b'ghotja ta' Lm50 kull wiehed.

Waqt is-serata, immexxija minn Charles Saliba, hadu sehem ukoll il-grupp Alive, Maria Muscat u r-rebbieha tal-Festival tal-Kanzunetta ghall-Ewropa, Chiara. Ic-Chairman tal-Kumitat ta' l-Ghazla, Fr Colin Apap u l-President tal-Grupp ghat-Tielet Dinja, is-Sur Roderick Agius, rebbieha ta' l-edizzjoni ta' l-1997, indirizzaw lil dawk prezenti.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow