Il-Ministru Michael Farrugia jinawgura l-ewwel Conversion Course ghall-Infermiera
Il-Ministru ghas-Sahha, Kura ghall-Anzjani u Affarijiet tal-Familja, Dr. Michael Farrugia, illum inawgura l-ewwel conversion course tax-xorta tieghu biex infermiera jkunu jistghu jikkwalifikaw biex minn Enrolled Nurse (EN) isiru Registered Nurse (RN).
It-Tabib Farrugia sahaq fuq il-htiega li l-infermiera jkunu kontinwament mharrga u mghallma. Meta fi ftit tas-snin ohra, Malta ser ikollha Sptar Akut gdid f'Tal-Qroqq, is-servizzi medici offruti ser ikunu aktar specjalizzati. Dan ser jinholoq billi jitkattru sub-specialities fil-qasam tal-medicina halli l-kura offruta lic-cittadini tkun aktar efettiva u skond in-normi moderni f'dan il-qasm. L-iskop ewlieni ta' dan il-kors hu li jhejji l-infermiera prezentament fl-impjieg mad-Dipartiment tas-Sahha, ghal dawn l-orizzonti godda li qed jinfethu.
Id-Dipatiment tas-Sahha qed jaghmel minn kollox biex jincentiva l-impjegati tieghu biex ikomplu javvanzaw fil-karriera taghhom. Ezempju car kien li fost dawk in-nursing aides li ricentament ikkwalifikaw b'distinction u kienu marbuta ghal tliet snin biex jahdmu mal-Gvern, gew temporanjament ezentati minn dan l-obbligu malli jghazlu li jsegwu l-kors tas-CNP (certifikat fil-professjoni tan-nursing).
Il-Ministru Michael Farrugia spjega li ghall-conversion course minn SEN ghal SRN, hemm eligibbli 253 EN. Kull sena ser jinfethu zewg conversion courses biex b'kollox jidhlu mas-70 ENs. Id-Dipartiment tas-Sahha ser jiftah ukoll applikazzjonijiet godda halli l-ftit ENs li ma kkwalifikawx ghal dan il-kors jkunu jistghu jattwawh.
Il-Ministru kompla jispjega li il-conversion course gie organizzat fuq stil differenti u modern. Biex il-pazjenti ma jbatux fis-swali minn fejn l-infermiera qed jattendu ghal dan il-kors, hafna mix-xoghol rikjest bhala parti mill-curriculum ser ikun qed jitwettaq fis-sala nnifisha. Dan ix-xoghol sejjer ikun assessjat kontinwament.
Il-Ministru Michael Farrugia awgura lill-infermiera success fil-kors u fil-hidma futura taghhom. Huwa kkonkluda billi rrimarka li dawn l-inizjattivi qed jittiehdu halli l-impjieg fil-qasam tas-sahha isir aktar attraenti u b'hekk aktar nies jithajru jaqbdu din il-karriera.
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901