Il-Ministru Michael Farrugia jinawgura kors ta' l-International Institute on Ageing
Illum infetah id-9 Kors-Qasir Internazzjonali fil-qasam tal-Gerantologija Socjali. Il-kors hu organizzat mill-International Institute on Ageing tal-Gnus Maghquda, u qed isir f'lukanda St. Andrews.
Il-Ministru ghas-Sahha, Kura ghall-Anzjani u Affarijiet tal-Familja, Dr. Michael Farrugia ndirizza l-21 partecipant, minn 12-il pajjiz differenti li qeghdin isegwu l-kors.
It-Tabib Farrugia beda d-diskors inawgurali billi habbar li dan l-ahhar, is-Segretarju Generali tal-Gnus Maghquda, Kofi A. Annan informa lill-Gvern Malti li l-kuntratt biex l-International Institute on Ageing jkompli jopera minn pajjizna, ghadu kif gie mgedded ghal perjodu ta' 5 snin ohra. Min-naha l-ohra, l-Gvern Malti kompla joffri l-bini li jospita l-Istitut bi hlas nominali u simboliku. Il-Ministru Farrugia qal li l-Gvern Malti qed jinterpreta din il-mossa bhala turija ta' fiducja fix-xoghol u l-hidma li qed iwettaq dan l-Istitut. Kien Gvern Malti fil-bidu tas-snin tmenin li welled din l-inizjattiva, li mill-ewwel sabet l-appogg morali u finanzjarju tal-Gnus Maghquda.
Il-Ministru Michael Farrugia mbaghad ghadda biex tkellem dwar il-qasam ta' l-anzjani f'pajjizna. Dr. Farrugia spjega li Malta tinsab mal-pajjizi ta' quddiem nett fil-klassifika ta' kemm jghixu in-nies. Dan jawgura tajjeb ghall-gejjieni. Il-Ministru spjega li ghal dan il-ghan, Malta sejra ssegwi r-rakkomandazzjoni tal-Ghaqda Dinjija tas-Sahha (WHO) fil-programm taghha tal- Health For All For The 21st Century sabiex il-livell ta' ghixien, anke fost l-anzjani, dejjem ikun mill-aqwa.
Il-Ministru Farrugia zied jghid li l-popolazzjoni madwar id-dinja qeghda tixjieh. Malta mhix eccezzjoni. Kull pajjiz qed jaffronta din il-problemi bil-mezzi u r-rizorsi disponibbli.
Il-Ministru ghas-Sahha, Kura ghall-Anzjani u Affarijiet tal-Familja semma li fil-qasam ta' l-anzjani, l-Gvernijiet sa mill-ahhar gwerra ilhom jiehdu mizuri kif itejbu l-qaghda ta' dawk kollha li jilhqu l-età li jirtiraw mix-xoghol. Il-Gvern Malti joffri pensjonijiet lil dawk li waqt li jkunu qed jahdmu jikkontribwixxu permezz tal-hlas tas-Sigurta' Socjali. Hemm ukoll skema ta' pensjoni immirata ghal dawk li ma kellhomx l-opportunità li jidhlu f'din l-iskema.
L-istat imur lil hinn minn hekk ukoll, spjega t-Tabib Farrugia. Fil-qasam tas-sahha, il-kura fl-isptarijiet hi b'xejn. Persuni li ghandhom certu livell ta' dhul finanzjarju huma ntitolati ghall-medicini b'xejn. Tezisti wkoll skema fejn persuni li jbatu minn mard kroniku, jikkwalifikaw ghall-medicin b'xejn ukoll.
Din l-iskema, maghrufa aktar bhala x-Schedule V jew il-Karta s-Safra, jibbenefika minnha kulhadd, immaterjali mid-dhul finanzjarju li wiehed ikollu. Kulhadd jista' jibbenifika ukoll mis-servizzi offruti mic-Centri tas-Sahha mferrxa ma' Malta u Ghawdex.
Il-Ministru kompla jelenka s-servizzi li huma specifikament ghall-anzjani. Il-Gvern Malti ghandu r-Residenza San Vincenz, djar ghall-anzjani u day centres ghall-istess senior citizens. Ghal dawk li jghazlu li jibqghu fi djarhom, jezistu wkoll ghajnuniet taht diversi forom li jinkludu: l-home help; il-handyman service; s-sistema tat-Telecare; il-pensjoni tal-wens; l-ghajnuna socjali lil dawk in-nisa li jghazlu li jassistu lill-anzjani qraba taghhom; kif ukoll is-servizz ta' nursing domicilarju li hu mhaddem bil-ghajnuna tal-MMDNA.
Dawn is-servizzi u benificcji li l-istat Malti qed joffri lic-cittadini qed ikun l-ghira ta' bosta pajjizi ohra.
Fid-dawl ta' kif il-popolazzjoni qed dejjem tkompli tixjieh u allura d-domanda fuq dawn is-servizzi qed tizdied b'rata mghaggla hafna, il-Ministru Michael Farrugia habbar li l-Gvern ser jibda ezercizzju biex jifli x-xenarju kollhu kemm hu. Huwa spjega li sfortunatament, illum anqas familji qed izommu l-qraba taghhom maghhom, malli jilhqu certu età. Ghalhekk, il-Ministru spjega li irid jinholoq incentiv sabiex aktar anzjani jkomplu joqghodu d-dar u jigi rikonoxxut is-sehem ta' min jiehu hsiebhom. Il-Gvern irid jinkoragixxi li kemm hu possibbli, l-anzjani jibqghu jghixu fil-komunità li jkunu ghaddew hajjithom fiha. B'hekk biss huma jistghu jinghelbu l-emarginazzjoni u d-depressjoni, li huma l-akbar zewg ghedewwa li jxekkluhom meta jilhqu età ta' 'l fuq minn 60 sena.
Il-Ministru Michael Farrugia ikkonkluda li bil-hidma li qed iwettaq il-Gvern Malti ghac-cittadini anzjani, ghandu jkompli jqawwi qalb dawk izghar fl-eta illum, li meta jirtiraw ser ikomplu jgawdu stil ta' hajja li hu tajjeb hafna.
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901