Il-Gvern impenjat li jsahhah il-kuncett tal-Kunsilli Lokali - Diskors tal-Onor. Alfred Portelli, Ministru ghad-Djar u Kunsilli Lokali fuq stazzjon lokali tar-radju, illum il-Gimgha 20 ta' Frar 1998
Meta sirt Ministru tal-Kunsilli Lokali sibt wirt kbir ta' xoghol li kien sar diga' mill-predecessur tieghi n-Nutar Charles Mangion u xoghol iehor li jinsab fi stadju avvanzat. Ghalhekk ma kienx facli li, barra t-toqol tal-Ministeru tad-Djar, tiehu fuq spallejk Ministeru mhux inqas difficli. Ix-xoghol li sar u x-xoghol iehor li jien kommess li nwettaq juri car l-impenn u d-determinazzjoni tal-Gvern li jsahhah il-kuncett tal-Kunsilli Lokali.
Fost l-ewwel xoghol li ghamilt kien li niltaqa' mal-Assocjazzjoni tal-Kunsilli Lokali li gew ghandi u maghhom iddiskutejna agenda voluminuza li ghandha taghti spinta kbira lill-hidma tal-Kunsilli Lokali. Fost l-agenda tal-Ministeru hemm l-emendi tal-ligi principali dwar il-Kunsilli Lokali. Dawn l-emendi ghandhom bhala ghan ewlieni li jinstab irkabtu tad-difetti ezistenti fil-ligi bhal kodici ta' etika u certi interpretazzjonijiet. Dan ovvjament irid isir wara li jkunu saru l-konsultazzjonijiet mal-Assocjazzjoni tal-Kunsilli Lokali.
Ahna kommessi li nzommu kull kuntatt mal-Kunsilli Lokali biex id-devoluzzjoni tal-poteri ssir kif suppost. Fuq nett tal-agenda tieghi hemm ukoll id-delega tal-infurzar tal-ligi jew, kif inhi maghrufa ahjar, il-ligi tal-Wardens. Ghal dan il-ghan il-Gvern diga' alloka Lm15,000 kull wiehed lill-Kunsilli Lokali tal-Belt Valletta, Sliema u San Pawl il-Bahar biex jintroducu skema pilota ghal dan il-ghan. Bhalissa ninsabu fil-process tat-thejjija biex tibda tithaddem din l-iskema.
Barra minn hekk, b'konsegwenza tar-riforma li qeghda issir fil-Korp tal-Pulizija, qeghdin naraw jekk nistghux nghaddu lill-Kunsilli Lokali certi licenzji li sal-lum ghadhom jingabru mill-pulizija. Qeghdin naraw ukoll biex certi permessi li johorgu mid-Dipartiment tal-Artijiet, bhal licenzji ghal fieri, tombli u ohrajn li jsiru fuq art pubblika, nippruvaw ukoll nghadduhom lill-Kunsilli Lokali u dan peress li jistghu ikunu relatati mal-funzjonijiet taghhom.
Min-naha taghhom ic-cittadini jridu jifhmu li l-Kunsilli ghandhom funzjonijiet limitati u ghalhekk ma jkunx sewwa li dawn jippretendu li dak kollu li jitolbu jsir. Il-funzjonijiet tal-Kunsilli Lokali huma z-zamma tal-indafa fil-lokalitajiet, manutenzjoni ta' gonna, manutenzjoni ta' sinjali tat-traffiku, manutenzjoni ta' toroq u ohrajn.
Huwa ta' pjacir ghalija li apparti l-lista ta' funzjonijiet bazici u responsabbiltajiet essenzjali li diga' ghaddew mill-Gvern Centrali lill-Kunsilli Lokali, fil-magguranza taghhom, il-Kunsilli dahlu ghal inizjattivi ohra ta' natura kulturali u socjali. Dan dejjem bil-ghan li jaghtu servizz ahjar lic-cittadini li jirrapprezentaw, biex itejbu id-dehra generali fil-lokalita, kif ukoll biex jaghtu kwalita' ta' hajja ahjar lill-kommunita.
Il-lista ta' inizjattivi u kisbiet li twettqu mill-Kunsilli Lokali hija twila u jistghu jinkitbu volumi fuqha. Bizzejjed wiehed isemmi:
- It-titjib li sar fil-livell tas-servizz ta' tindif tal-lokalitjiet
- It-tisbih u l-up-grading tal-gonna pubblici u bajjiet
- It-titjib fis-sistemi tat-traffiku
- Tibdil ta' plakki ta' ismijiet tat-toroq
- Saru centri ta' distribuzzjoni ta' taghrif generali
- Saru agenti ta' korpi statali fl-ghotja ta' certi servizzi
- Introducew neighbourhood watches
- Hadu sehem fit-twaqqif ta' centri sportivi u centri ghall-anzjani
- Waqqfu skemi ta' trasport intern
- Hadu inizjattivi u impenjaw ruhhom bi shih biex jaghtu dehra gdida lir-regjun rispettiv taghhom
- Waqqfu jum il-lokalita' bil-ghan li jaghtu identita' lill-irhula u bliet li jirrapprezentaw
- Tellghu wirjiet kulturali u ta' interess generali
- Hawlu sigar u pjanti biex isebbhu pjazez, toroq u gonna
- Irrestawraw bini storiku u bl-aktar mod evidenti qeghdin jaghtu merhba fuq sign-boards lil kull min izurhom.
M'hemmx dubju li l-Kunsilli huma l-aktar mezz effettiv u prattiku biex ic-cittadin ikun jista' jiehu sehem dirett fit-tmexxija tal-lokalitajiet. Ghalhekk hija hasra li certi cittadini sal-lum ghadhom ma fehmux bizzejjed dan il-kuncett.
Fuq din in-nota nixtieq li nappella lic-cittadini biex juzaw il-poter tal-vot li ghandhom fl-elezzjonijiet ghall-Kunsilli Lokali tal-14 ta' Marzu. Fl-ezercizzju ta' dan id-dritt ic-cittadini ghandhom jaraw biss li l-vot taghhom jaghtuh lil dawk li jidhrilhom li huma l-ahjar elementi. Iridu jkunu certi li l-Kunsillieri li jaghzlu jkunu nies onesti, integri u hawtiela biex dan l-esperiment ikompli jirnexxi. L-ebda konsiderazzjoni ohra m'ghandha tidhol fid-decizjoni tac-cittadin fl-ghazla tieghu.
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901