Il-Ministru Michael Farrugia jiftah kors ghall-haddiema ta' l-indafa pubblika dwar is-sahha u l-igjene
Waqt li kien qieghed jinawgura kors dwar is-sahha u l-igene organizzat mid-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Sahha, il-Ministru Michael Farrugia innota l-importanza li ghandha tinghata lis-sahha tal-haddiema, kemm fuq il-post tax-xoghol u anke meta dawn ikunu mal-familjari taghhom.
Dan il-kors, li qieghed isir bil-kollaborazzjoni tal-Ministeru tax-Xoghlijiet u Kostruzzjoni, huwa parti minn sensiela ta' tahdidiet li qeghdin isiru sabiex titkabbar il-kuxjenza tal-haddiema Maltin.
Il-Ministru Michael Farrugia spjega l-importanza li l-haddiema jkollhom l-apparat u l-ilbies protettiv waqt il-hin tax-xoghol. Huwa qal ukoll li dak kollu li huma jaghmlu, kemm waqt kif wkoll wara l-hin tax-xoghol, ghandu jkun immirat sabiex tikber il-protezzjoni ta' sahhithom. Huwa qal li ghalhekk dawn it-tahdidiet ser jiffukaw dwar l-igene personali, dwar l-ewwel ghajnuna, dwar in-nutriment, kif ukoll dwar il-hsara li jaghmel it-tipjip.
Il-Ministru Michael Farrugia fahhar il-kollaborazzjoni li kien hemm bejn id-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Sahha u dak ta' l-Igene Pubblika li hadmu flimkien sabiex ipproducew zewg pubblikazzjonijiet edukattivi flimkien ma' din is-serje ta' tahdidiet ghall-haddiema.
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901