Left arrow Mur Lura

Centru gdid ghat-taghlim tax-Xjenza

PR0316
Date Icon 20/02/1998

Is-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex, Dr Anton Refalo, inawgura Centru ghat-Taghlim tax-Xjenza f'Dar il-Lunzjata, li tinsab fil-Wied tal-Lunzjata, Kercem. Dan ic-Centru se jservi biex studenti ta' l-iskejjel pubblici f'Ghawdex ikunu jistghu jwettqu fil-post, xoghol u esperimenti relatati ma' suggetti xjentifici li jistudjaw fil-klassi. Xoghol fuq laboratorji godda ghall-istudenti ta' l-iskejjel post sekondarji "Sir Mikelang Refalo" mistenni jibda din is-sena biex l-istudenti jkollhom laboratorji taghhom. Sal-lum dawn l-istudenti kienu qed jinqdew kif jistghu mil-laboratorji tal-"Liceo Ninu Cremona".

Dr Refalo qal li s'issa t-taghlim tax-xjenza f'Ghawdex kien limitat ghall-klassi u l-laboratorji u c-Centru l-gdid ghandu jghin biex jikber l-interess ta' l-istudenti fix-xjenza bhala suggett li huwa f'evoluzzjoni kontinwa.

Dr Refalo qal li esperiment simili kien gie introdott f'Malta snin ilu permezz ta' "Villa Psaigon" u qal li huwa importanti li l-istudenti ma jigux imcahhda minn facilitajiet ewlenin li barra li jghinuhom fl-istudji taghhom jaghmlu l-istess studju iktar interessanti u attraenti. Is-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex qal li x-xjenza hija suggett affaxxinanti li trid tigi pprezentata lill-istudenti mhux biss fil-kuntest tal-kotba tal-kurrikulum, imma fil-kuntest iktar wiesa' ta' qasam li sar jirregola diversi aspetti tal-hajja tal-bniedem.

Is-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex qal li l-ambjent tal-Wied tal-Lunzjata, li huwa wiehed mill-ftit widien f'Ghawdex li ghadhom ikkultivati, jippermetti studju fil-berah u huwa ttamat li dan il-metodu ta' taghlim ighin lill-istudenti jrawmu gibda ghas-suggetti tax-xjenza. Dr Refalo sellem lis-Sur Horace Mercieca, sa ftit ilu Assistent Direttur ta' l-Edukazzjoni, fi tmiem is-servizz importanti li ta tul il-karriera tieghu fil-qasam edukattiv f'Ghawdex u wkoll tas-sehem tieghu ghat-tlestija tac-Centru ghat-Taghlim tax-Xjenza.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow