Left arrow Mur Lura

Laqgha tal-Ministru Michael Farrugia ma' delegazzjoni tal-M.U.M.N.

PR0307
Date Icon 19/02/1998

Delegazzjoni mill-Malta Union of Midwives and Nurses (MUMN), immexxija mill-President is-Sur Rudolph Cini ltaqghet mal-Ministru tas-Sahha, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja, it-Tabib Michael Farrugia.

Matul din il-laqgha gie diskuss il-Conversion Course minn SEN ghal SRN. Dan il-course sejjer jibda minn nhar it-Tnejn, 23 ta' Frar, 1998. L-ewwel grupp ta' nfermiera li sejjer jattendi l-course sejjer ikun ta' 30. Id-Dipartiment tas-Sahha sejjer jaghmel arrangamenti biex kull sena jidhlu ghal dan il-course madwar 70 infermier, maqsuma f'zewg gruppi. Bhal ma kien miftiehem id-Dipartiment tas-Sahha qed jaghmel preparamenti biex tinhareg sejha ohra ghall-applikazzjoni biex jigi estiz in-numru ta' infermiera li jikkwalifikaw biex isegwu dan il-course.

Matul din il-laqgha, Il-Ministru Dr. Michael Farrugia ghadda kopja tal-Medical Brief sabiex l-MUMN tkun tista' tifli ahjar it-thejjijiet li qed isiru fuq il-progett ta' l-isptar il-gdid ta' Tal-Qroqq. Sa mill-bidu nett tat-tehid tad-decizjoni, il-Union dejjem uriet ix-xewqa li tkun involuta direttament f'dan il-progett.

Punt iehor li gie diskuss matul il-laqgha bejn il-Ministru Farrugia u l-MUMN kien l-arrangamenti dwar it-trasport ghall-infermiera u qwiebel Ghawdxin li jinsabu jahdmu f'Malta. Il-Union uriet is-sodisfazzjon taghha li dawn l-impjegati mhux qed ibatu aktar mill-inkonvenjent meta jkollhom jaqsmu bejn il-gzejjer.

Il-laqghat bejn il-Ministru u l-MUMN qed isiru fuq bazi regolari biex jistghu jigu evalwati ahjar kull materja ta' interess komuni.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow