Left arrow Mur Lura

Id-Dipartiment tas-Sahha jipprotesta ma' l-Awtorita' tax-Xandir dwar rapporti foloz fuq mezzi tax-xandir

PR0306
Date Icon 19/02/1998

Qed tigi ppubblikata ittra mibghuta mid-Direttur tas-Sahha Pubblika lil Kap Ezekuttiv ta' l-Awtorita' tax-Xandir, dwar ahbarijiet li xxandru fuq stazzjon tar-radju lokali.

19 ta' Frar 1998

Is-Sur Antoine Ellul
Kap Ezekuttiv
Awtorita' tax-Xandir
Mile End Road
Blata l-Bajda

Ghaziz Sur Ellul,

RE: Ahbarijiet ta' Radio 101 ta' nhar l-Erbgha, 18 ta' Frar 1998

Huwa deplorabbli li l-istazzjon Radio 101 bl-aktar mod sensazzjonali pogga bhala l-ahbar ewlenija, ahbar li kienet falza, u li tallarma lill-pubbliku. Qed nirreferi ghal dik li kienet tghid li fl-Isptar San Luqa iddahhlu zewg kazi ohra ta' persuni ta' taht l-14-il sena, isofru mill-infezzjoni ta' meningoccus, liema kundizzjoni ta' Memingitis jew septicaemia tista' twassal ghal mewt.

Kull mezz ta' komunikazzjoni ghandhu kull facilita' li jivverifika dawn il-fatti. Radio 101 jidher li pprefera li jallarma lill-poplu b'ahbar kompletament falza milli jwassal il-verita'.

F'dawn ic-cirkustanzi, d-Dipartiment tas-Sahha qed jitlob li l-Awtorita' tax-Xandir tiehu l-passi kollha necessarji skond il-ligi u tesigi li l-mezzi tax-xandir ma jfittxux ahbarijiet bhal dawn foloz biex jallarmaw lill-pubbliku. Id-Dipartiment tas-sahha jesigi wkoll li jikkunsidra dan l-ilment b'urgenza fl-interess tas-sahha pubblika.

Dr. M Micallef
Direttur Sahha Pubblika
gh/Tabib Ewlieni tal-Gvern

cc Mezzi kollha ta' komunikazzjoni

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow