Left arrow Go Back

Tibdil fil-kundizzjonijiet ta' importazzjoni ta' klieb u qtates

PR0300
Date Icon 19/02/1998

Bdew jigu applikati kundizzjonijiet godda ghall-importazzjoni ta' klieb u qtates. Dan bil-ghan li jigu rimedjati l-problemi li kienu jiffaccjaw familji dilettanti ta' dawn l-ispeci ta' annimali.

Bis-sahha tar-regolamenti l-godda li ghadhom kemm gew fis-sehh, iz-zmien ta' kwarantina ghall-klieb u l-qtates minn diversi pajjizi giet imnaqqsa minn sitt xhur ghal xahar u f'certi kazi ghal tliet gimghat.

Dan qalu l-Ministru tal-Biedja u Sajd, Noel Farrugia meta rrefera ghall-Avviz Legali Nru 59 ta' l-1998, dwar regolamenti ta' l-1998 dwar l-Importazzjoni ta' Klieb u Qtates.

Huwa qal li dawn ir-regolamenti saru mill-Ministeru tal-Biedja u Sajd bi ftehim mal-Ministeru tas-Sahha, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja u bil-parir tal-Kunsill tas-Sahha bis-setgha moghtija mill-Ordinanza dwar it-Tharis mill-Mard (Kap 36), wara diskussjonijiet ma' diversi ghaqdiet tal-klieb.

Il-Ministru Noel Farrugia spjega li l-importazzjoni ta' klieb u qtates hija permessa biss minn numru ta' pajjizi specifikati u li huma maqsuma fi tliet kategoriji skond il-posizzjoni taghhom ghar-rigward tal-marda tar-rabbja (rabies), kif elenkati fir-regolamenti.

Il-Ministru Noel Farrugia temm jghid li biex ikun hemm anqas riskju ta' introduzzjoni ta' mard ezotiku qeghdin jigu imposti kundizzjonijiet sanitarji biex ikun hemm kontroll ahjar fosthom li l-klieb u l-qtates ikunu identifikati elettronikament, ikunu mlaqqmin kontra l-marda tar-rabbja, ikunu certifikati hielsa mill-brucellosis, liptospirosis u mard iehor ezotiku.

Informazzjoni Addizzjonali:

Fil-kaz ta' dawk il-pajjizi (l-Awstralja, Irlanda, New Zealand, Norvegja, Svezja u Renju Unit) li huma rikonoxxuti li huma hielsa mill-marda tar-rabbja u li ghandhom programm effettiv ta' kontroll, il-perjodu ta' kwarantina gie mnaqqas ghall-21 gurnata.

Fil-kaz ta' dawk il-pajjizi li ghandhom kontroll tajjeb (bhal per ezempju l-Awstrija, il-Belgju, il-Kanada, Cipru, Franza, Germanja, Italja, l-Olanda, l-Isvizzera u l-Istati Uniti ta' l-Amerika), il-perjodu ta' kwarantina gie mnaqqas ghall-30 gurnata.

Fl-ahhar nett, fil-kaz ta' dawk il-pajjizi li ddikkjaraw li huma hielsa mill-marda tar-rabbja izda li ghadhom mhux rikonoxxuti formalment minn Malta (bhal Grecja, Portugall, Spanja ecc), il-perjodu ta' kwarantina huwa ta' sitt xhur.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow