"Il-Gvern se jittratta b'mod hieles ma' l-Unjoni Ewropea fl-interess ta' pajjizna" - Il-Prim Ministru lill-Federazzjoni ta' l-Industrija
Il-Gvern il-gdid ma jhossux marbut li jibla' bl-aghma kulma tressaqlu l-Kummissjoni Ewropea sabiex jidher dejjem lest li jaqdi lil haddiehor bhalma kienet taghmel l-amministrazzjoni precedenti. 'Ahna m'ahniex se nigu mgieghla naccettaw kulma tressaq mill-Kummissjoni Ewropea fir-rapport taghhom kif kien isir fl-imghoddi', qal il-Prim Ministru li zied jghid li 'l-Gvern se jittratta b'mod hieles ma' l-Unjoni Ewropea fl-interess ta' pajjizna b'rieda tajba u fi hdan it-termini li jinsab hjiel taghhom fit-twaqqif ta' zona ta' kummerc hieles'. Il-Prim Ministru, li kien qed jitkellem f'gheluq il-Konferenza Annwali tal-Federazzjoni ta' l-Industrija f'Bugibba, qal li l-istrategija tal-gvern - konsolidata mill-poplu fl-ahhar elezzjoni - hija t-twaqqif ta' zona kummercjali hielsa ma' l-Unjoni Ewropea fuq medda ta' minn hames snin sa' sebgha. Dan se niksbuh, qal il-Prim Ministru, billi bil-ftit il-ftit nifirxu d-dazju li bhalissa hemm fuq l-importazzjoni ghal fuq il-prodott industrijali waqt li nnaqqsu l-levies industrijali naqra, naqra sa ma jigu fix-xejn. B'hekk, l-istess trattament ta' taxxa jkun jghodd ghall-importazzjoni mill-EU u ghall-produzzjoni lokali. Strategikament, minn perspettivi ekonomika, l-ghazla tal-kummerc hieles tressaq quddiemna opportunita' biex immexxu l-liberalizzazzjoni b'mod mahsub sew. La hi distratta u lanqas imhawda bi kwistjonijiet ohra kif kien jigri kieku kellna nahsbu biex insiru membri shah tal-Unjoni Ewropea.
'Li nkomplu nghabbuha ghal ragunijiet politici, il-htigijiet gejjin minn acquis communautaire ta' l-Unjoni Ewropea, bhalma hi l-politika komuni tal-biedja, il-politika kummercjali u ta' tassazzjoni komuni, il-moviment hieles tac-cittdini u tan-negozji u l-bqija, b'dak kollu li timplika dwar qaghda kompetittiva, ta' impjieg u l-prezzijjiet f'Malta, ikun ifisser strategija ta' taghbija zejda f'termini ekonomici u tkisser lilha nnifsha. Dan jixrob is-sahha, kif gara qabel l-1996, ta' l-impetu ta' liberalizzazzjoni vera.'
Il-Prim Ministru qal li l-Gvern precedenti hela hafna sforzi ifittex shubija shiha jigri x'jigri biex kiseb rizultati diplomatici bla siwi waqt li harbat il-prijoritajiet veri li bihom tinkiseb il-liberalizzazzjoni. Ma kien hemm l-ebda sens li tidhol il-VAT f'daqqa biex jinghogbu ma' Brussels u qabel ma nbdew trattattivi sostanzjali ma' l-Unjoni Ewropea. Dan harbat il-liberalizzazzjoni u laqat hazin oqsma kbar ta' l-ekonomija bhat-turizmu u l-industrija orjentata lokalment u l-kummerc intern.
Il-Prim Ministru qal li l-gvern precedenti ma kienx ghaqli li intrabat bil-mohbi ma' l-Unjoni Ewropea li jnehhi 400 minn 850 levy sa tmiem l-1996. Dan pogga fi tweghir bla htiega bosta industriji lokali. Dr. Sant sahaq li shubija shiha fl-UE kienet tfisser li Malta tidhol ghal medda ta' obbligazzjoni li tmur lil hinn minn dawk marbutin ma'l-implimentazzjoni tal-kummerc hieles.
Il-Prim Ministru qal l-istituzzjonijiet involuti diga' bdew jahdmu biex exercizzju bhal dan jizviluppa b'mod li jkollu tifsira. 'Ahna nibqghu marbutin li nizguraw li l-liberalizzazzjoni u r-ristrutturizzazzjoni ssehh fl-ahjar interess ta' l-intraprizi kollha kif ukoll il-haddiema taghhom'. Dr. Sant qal li madankollu, kemm jekk tkun barra, gewwa jew fuq l-ghatba ta' l-Unjoni Ewropea, pajjizna ghandu sfida ta' qofol kbir biex fis-snin li gejjin inlahhqu mad-deficit strutturali tal-gvern rizultat ta' nfiq zejjed mill-Gvern precedenti bejn l-1991 u l-1996.
Il-Prim Ministru Alfred Sant qal li nlahhqu ma' l-isfidi li ghandha ma' wiccha l-ekonomija ta' Malta hija mira li nistghu nilhqu. Il-Prim Ministru qal li fis-snin li gejjin Malta tista' tlahhaq ma' l-isfidi li ghandha ma' wiccha l-ekonomija ta' pajjizna.
Il-Prim Ministru qal li 'jekk inwessghu l-iskop reali biex l-intrapriza produttiva timxi 'l quddiem … jekk inqisu sew l-isfidi tal-kummerc hieles ma' l-Unjoni Ewropea bhala l-ahjar mod kif ikunu immodernizzati is-sistemi ta' l-operat … jekk nissieltu bla biza' ma' l-isfida billi nnaqqsu bi kbir id-deficit strutturali fil-budgets pubblici … imbaghad inkunu resqin gmielna lejn it-twettiq tal-weghda ta' vizjoni gdida u hajja ghall-gejjieni ta' Malta … gejjieni ta' socjeta' moderna li jirnexxielha taqla' l-ghajxien taghha waqt li tgawdi r-rispett u l-hbiberija ta' shabha kollha.'
Il-Prim Ministru qal li l-ghazla tal-kummerc hieles li pajjizna qieghed isegwi zzommilna shiha l-opportunita' li naghmlu ghazla aktar profonda fir-relazzjonijiet ma' l-Unjoni Ewropea kieku din kellha titqies bhala xierqa ghall-ahjar interess fil-gejjieni. Dr. Sant qal li pajjizi li qabel kienu fl-EFTA, bhall-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja u li issa huma membri tal-Unjoni Ewropea fil-fatt terrqu tul din il-moghdija billi l-ewwel ghaddew mill-istadji tal-kummerc hieles u mbaghad mis-shubija fiz-Zona Ekonomika Ewropea.
Il-Prim Ministru irrefera ghar-rapport tal-Kummissjoni Ewropea fuq il-kummerc hieles ma' Malta u qal li l-gvern Malti laqa' dan l-izvilupp f'ferha. Ir-rapport tal-Kummissjoni Ewropea, qal il-Prim Ministru, jixhed sisien accettabbli ghat-trattattivi ma' Malta. M'ghandniex xi nghidu, qal Dr. Sant, kien hemm Kassandri li jixtiquna naghzlu minn issa shubija shiha fl-Unjoni Ewropea li qalu li l-Unjoni qed titlob wisq u taghti ftit.
L-ebda Unjoni Ewropea jew xi sahhar ohra mhi se tholl din il-problema qal il-Prim Ministru. 'Irridu nholluha ahna'. L-istrategija tal-gvern hi jrid jitnaqqas l-infiq tal-gvern. L-ewwel billi niehdu hsieb fil-finanzi tal-Gvern irraprezentat f'korporazzjonijiet governattivi u parastatali u t-tieni bi tnaqqsi veru u relattiv fl-infiq rikurrenti. Minhabba f'hekk twaqqaf ir-reklutagg fl-impjiegi mal-gvern, hlief meta tqum il-htiega, qed jiddahhlu sistemi ahjar ta' kontroll fuq id-dixxiplina u l-prevenzjoni tal-hala u mizuri ghal kontra l-evazjoni tat-taxxa. Ittiehdu mizuri biex jitnaqqas infiq mhux mehtieg u li l-hdima tal-gvern tkun cost effective. Is-sena l-ohra, il-ghadd tal-haddiema mal-gvern naqas b'aktar minn 800, qal il-Prim Ministru.
Il-Prim Ministru qal li pajjizna ghandu tliet sfidi ewlenin quddiemu. L-ewwelnett irridu nwessghu l-ispazju li fih tizviluppa l-intrapriza industrijali u tas-servizzi. It-tieni, irridu nimmodernizzaw l-istrutturi industrijali taghna, l-aktar bil-liberalizzazzjoni fil-qasam ta' l-ekonomija. It-tielet, irridu nnaqsu d-deficit strutturali tal-budget tal-Gvern minn madwar 11% tal-Prodott Gross Nazzjonali ghal madwar 5% sa 6% fuq medda ragjonevoli ta' zmien.
Il-Prim Ministru qal li diga' bdew jirrankaw l-istrategiji biex inlahhqu ma' dawn it-tliet sfidi skond il-vizjoni nazzjonali ta' pajjizna. Dr. Sant qal li bhala pajjiz irridu nimmodernizzaw il-metodi taghna li bihom immexxu l-hidmiet ekonomici, nizguraw it-titjib fil-livell tal-hajja u tal-ghajxien tal-poplu u nsahhu r-rwol Ewro-Mediterranju taghna.
Il-Prim Ministru tkellem dwar il-htiega li l-bazi industrijali u kummercjali tigi modernizzata u li jigi investiment dirett gdid minn ghejun lokali u barranin.
Dawn l-inizjattivi jridu jinholqu mis-settur privat u l-Gvern se jizgura li l-incentivi ghall-investiment iwasslu ghal opportunitajiet godda. Il-Prim Ministru semma l-programmi specjali ta' ghajnuna lill-intraprizi zghar u ta' daqs medju, is-settur tas-servizzi finanzjarji u tat-turizmu.
Il-gvern se jibqa' jheggeg lis-settur privat jidhol aktar fi progetti godda. Din il-gimgha ittiehdu decizjonijiet strategici biex jigi liberalizzat is-settur tal-kazino` u dalwaqt tittiehed decizjoni dwar il-marina tal-jottijiet fil-Birgu. Il-gvern laqa' wkoll proposta ghall-progett ta' terminal gdid tal-cruises fil-Port il-Kbir. Fil-qasam tac-cinema giet inkoraggita t-twaqqif ta' istituzzjoni gdida ghal ko-produzzjoni u gbid ta' films f'Malta. Fil-gejjieni, qal il-Prim Ministru, il-Gvern se jibqa' jilqa' l-proposti kollha u l-inizjattivi godda ghal progetti produttivi.
Il-Prim Ministru qal li r-rwol tal-gvern se jkun centrali fit-tishih tal-kompetittiva` ta' pajjizna f'zewg oqsma ewlenin. Qasam minnhom huwa b'aktar investiment fl-oqsma kollha ta' l-edukazzjoni u l-qasam l-iehor huwa li fit-tmexxija pubblika jitwaqqfu hidmiet li jkunu aktar cost effective u b'anqas hela. Element ewlieni fis-success tal-modernizzazzjoni ta' l-ekonomija, enfasizza l-Prim Ministru, huwa li jridu jittejbu bla waqfien il-livelli edukattivi u l-kompetenzi tar-risorsi umani f'pajjizna.
Il-Prim Ministru qal li l-isforzi taghna f'din id-direzzjoni se jkunu affettwati minn zviluppi li jfiggu fil-qasam internazzjonali u semma bhala ezempji kwistjonijiet bhar-rati tal-kambju. Dan iwassal ghal htiega ta' aktar flessibilita fl-attitudni taghna u l-Prim Ministru qal li l-atturi socjali kollha - fil-gvern, fin-negozju u fil-unions - biex inzommu dan f'mohhna ghal kulma nghidu u naghmlu.
Il-Prim Ministru semma l-programm prudenti ta' privatizzazzjoni biex din is-sena il-Maltacomm u l-MIA se jkunu parzjalment privatizzati. Il-bejgh ta' dawn l-ishma ghandu jwassal ukoll ghat-trawwim ta' servizzi ahjar lill-konsumatur u t-tnissil ta' efficjenza ahjar fis-servizzi offruti. Dr. Sant enfasizza li l-Gvern , is-settur privat u t-trade unions ilkoll iridu jaccettaw li tinhtieg bidla tista' tghid f'kull ma drajna naghmlu. Jekk ma nishqu bla heda fuq il-htiega u l-accettazzjoni ta' bidla, ftit li xejn se jigri jew jirnexxi, temm jghid il-Prim Ministru.
Rapport shih tad-DISKORS TAL-PRIM MINISTRU bl-Ingliz
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901