Diskussi xoghlijiet li se jsiru fit-toroq ta' Haz-Zabbar
PR0292
18/02/1998
Il-Ministru ghad-Djar u Kunsilli Lokali, is-Sur Alfred Portelli u l-Ministru tax-Xoghlijiet Pubblici u Kostruzzjoni, il-Perit Charles Buhagiar dan l-ahhar iltaqghu mal-Kunsill Lokali ta' Haz Zabbar fuq talba ta' l-istess Kunsill.
Matul din il-laqgha gew diskussi l-ghajnuna mill-Gvern Centrali u l-koperazzjoni tal-Kunsill dwar xoghlijiet li se jsiru f'Haz Zabbar in konnessjoni ma' diversi toroq, fosthom toroq f'Tal-Hofra u Triq is-Santwarju u "culverts" ghall-ilma tax-xita. Huma tkellmu wkoll dwar il-Park Regjonali u dwar kuntratti li se jaghlqu fl-ahhar ta' Marzu ta' din is-sena.
Ghal din il-laqgha kien hemm prezenti wkoll ufficjali mill-Ministeru ghad-Djar u Kunsilli Lokali kif ukoll mill-Ministeru tax-Xoghlijiet Pubblici.
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901